We Care More


Għeżież Klijenti,

Minn nhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu 2015, l-Air Malta ser tkun qiegħda taġġorna l-firxa ta’ prodotti tagħha kemm fil-klassi economy kif ukoll f’dik business. Permezz ta’ din il-bidla, il-linja tal-ajru qiegħda tinvesti fl-esperjenza tal-klijenti u qiegħda tniedi għadd ta’ attivitajiet bħala parti minn inizjattiva “Aħna Jimpurtana Aktar”.

 

Fig. 1 – Marka kummerċjali ġdida tal-inizjattiva ‘We Care More’

 

Permezz tal-introduzzjoni ta’ tliet prodotti fil-klassi economy u tliet prodotti fil-klassi business, ser ikun hemm aktar għażla għall-klijenti. Madankollu, anki l-prodott bl-aktar prezz baxx - Simply Fly - għadu jinkludi bagalja tal-idejn u xi ħaġa żgħira tal-ikel, b’kuntrast ma’ dak li joffru ħafna mit-trasportaturi l-oħrajn. 

 

Aħna Jimpurtana Aktar – Aktar Għażla għall-Klijenti

 

L-Air Malta tifhem li l-klijenti jfittxu serħan il-moħħ meta jivvjaġġaw bl-ajru u ma jridux jinkwetaw ruħhom u jħossuhom misruqa mill-ħlasijiet imposti fuq il-bagalji u tariffi addizzjonali oħrajn. Din hija r-raġuni għaliex il-konċessjoni ta’ bagalja li tiġi rreġistrata maċ-check-in għadha element ewlieni anki għall-aktar nollijiet baxxi. L-Air Malta qiegħda tnaqqas ukoll il-ħlasijiet tat-tariffi addizzjonali billi tintroduċi l-‘kunċett ta’ ħlas għal kull biċċa’ – il-klijenti jaħsbu f’termini ta’ biċċiet li jġorru, mhux f’termini ta’ piż. U sabiex jiksbu benefiċċji addizzjonali għall-prenotazzjoni tas-siġġu tagħhom, flessibbiltà, eċċ., il-klijenti jistgħu jipprenotaw il-prodott bl-aqwa valur jew il-prodott imsejjaħ ‘spoil yourself top economy’. 

Fig. 2 – Screenshot tal-format ġdid fuq il-paġna tal-magna tal-prenotazzjoni li toffri lill-klijent għażla ta’ tliet livelli fil-Klassi Economy.

 

Għall-Klassi Business, issa hemm tliet kategoriji ta’ prodotti minn fejn jistgħu jagħżlu l-klijenti; Business Basic, Business Value u Business Anytime.

 

Fig. 3 – Screenshot tal-format ġdid fuq il-paġna tal-magna tal-prenotazzjoni li toffri lill-klijent għażla ta’ tliet livelli fil-Klassi Business.

 

Sabiex toffri prezzijiet tal-biljetti aktar kompetittivi, l-Air Malta qiegħda tintroduċi wkoll struttura ġdida tan-nollijiet għall-ivvjaġġar mill-1 ta’ Settembru. Din l-istruttura ser tkun tfisser inizjattiva ġdida b’nollijiet xejn inqas minn €54 aktar baxxi min-nollijiet tal-vjaġġi bir-ritorn li huma disponibbli bħalissa, pereżempju lejn xi destinazzjonijiet Ġermaniżi.

 

Fuq id-destinazzjonijiet kollha, id-differenza bejn l-aktar prezzijiet baxxi ser tkun ferm inqas, sabiex b’hekk ikun hemm aktar għażla disponibbli fil-kategoriji tan-nollijiet aktar baxxi. It-tariffa tal-prenotazzjoni ta’ €15, li diġà qiegħda tiġi applikata għall-prenotazzjonijiet mill-uffiċċju tal-qtugħ tal-biljetti fl-ajruport u miċ-ċentru telefoniku għall-klijenti, ser tiġi estiża għall-prenotazzjonijiet li jsiru permezz tas-sistemi ta’ prenotazzjoni globali. Dan ifisser li s-sit elettroniku tal-Air Malta ser ikun l-aktar mezz attraenti f’termini ta’ prezzijiet.

 

L-Air Malta ser tissokta bi promozzjonijiet kontemporanji regolari, għalkemm limitati, b’nollijiet taħt in-nollijiet ewlenin imsemmija hawn fuq. 

 

L-offerta tal-ikel à la carte waqt it-titjira ser tiġi estiża, b’aktar għażla għall-klijenti, minn ikliet ħfief għal xi proposti ta’ ikliet sħan. Aħna ser noffru għażla ta’ tè ta’ kwalità għolja u marki selettivi oħrajn għall-klijenti aktar għaqlin.

 

Bdejna nintroduċu wkoll għadd ta’ servizzi anċillari abbord it-titjiriet tagħna bil-għan li ntejbu l-esperjenza u s-sodisfazzjon tal-klijenti, noħolqu ċertu dibattitu u noħolqu dħul anċillari. Dan beda bil-proposta ta’ Sky Spa fis-16 ta’ Lulju, li għaliha qegħdin ningħataw reċensjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

 

Hemm ippjanat ħafna titjib fis-servizzi offruti minna għall-ġejjieni, fosthom l-għażla ta’ prenotazzjoni minn fuq it-telefons ċellulari, sit elettroniku risponsiv u kalendarju bin-nollijiet, li joffri aktar trasparenza lill-klijenti u lil persuni oħrajn.

Dan huwa żvilupp importanti ħafna u pass ’il quddiem sinjifikanti għall-Air Malta. Aħna smajna x’kellhom x’jgħidulna l-klijenti tagħna u biddilna l-firxa ta’ prodotti tagħna. Il-passiġġieri tagħna ser ikunu jistgħu jieħdu dak illi jħallsu għalih bil-prezz li jagħżlu huma.

 

Aħna l-Air Malta. Aħna Jimpurtana Aktar.

 

It-Tim Kummerċjali tal-Air Malta





Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!