Assigurazzjoni tal-Ivvjaġġar

Serħan il-Moħħ Totali mal-Air Malta 

Ikseb assigurazzjoni tal-ivvjaġġar komprensiva

Meta tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, nirrakkomandaw li tagħmel assigurazzjoni tal-ivvjaġġar sabiex tipproteġik kontra inċidenti mhux mistennija.
Mhux l-ewwel darba li persuna tinsa tagħmel assigurazzjoni adegwata u tispiċċa tħallas kontijiet kbar meta xi ħażina tmur ħażin jew jekk tkun meħtieġa kura medika għall-għarrieda.

Tħallix dan jiġri lilek – l-assigurazzjoni komprensiva tagħna hija soluzzjoni konvenjenti bi prezz kompetittiv. U issa tista' sserraħ moħħok li inti protett kompletament, jiġri x'jiġri. 
Ibbukkja l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek hawnhekk

Għaliex għandek tibbukkja l-assigurazzjoni issa?

Tinsiex. 

Ikseb l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek waqt li tkun qed tippjana l-bqija tal-vjaġġ tiegħek lejn Malta, bil-għan li jkollok moħħok mistrieħ.

Tinkwetax. 

Toqgħodx tinkwieta dwar x'jista' jiġri u gawdi l-btala jew il-vjaġġ tiegħek, b'moħħok mistrieħ li għandek l-affarijiet essenzjali koperti. 

Garanzija ta' sodisfazzjon. 

Il-faċilità tagħna għall-prenotazzjoni tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek bl-internet tagħtik għażla flessibbli biex tikseb kopertura finanzjarja sabiex isserraħ moħħok li inti protett. Il-pakkett ta' assigurazzjoni komprensiva fuq l-ivvjaġġar joffri:

  • Spejjeż ta' kanċellazzjoni jew limitazzjoni, 
  • Spejjeż mediċi ta' emerġenza u spejjeż assoċjati, 
  • Telf tal-passaport, 
  • Beni personali li jaslu tard,
  • Beni personali, 
  • Flus personali,
  • Inċident personali, 
  • Telf tat-titjira, 
  • Tluq ittardjat, 
  • Responsabbiltà personali
  • Spejjeż legali, 
  • Kopertura tan-negozju,
  • Kopertura għall-golf. 
  • Fakultattiva: Kopertura fuq l-isport tax-xitwa

Kif taħdem is-sistema?

Is-serħan tal-moħħ għall-vjaġġ tiegħek huwa faċli:

  1. Żur il-paġna tal-prenotazzjoni għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek hawnhekk
  2. Itlob stima. Daħħal id-dati u d-destinazzjoni tal-ivvjaġġar tiegħek
  3. Ħlas. Uża wieħed mill-metodi ta' ħlas disponibbli
  4. Ikkonferma. Tirċievi l-polza tal-assigurazzjoni magħżula minnek.




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!