Ikel u xorb waqt it-titjira

IKEL U XORB WAQT IT-TITJIRA TAL-AIR MALTA

Klassi Business

Klijenti tal-Klassi Business huma offruti ikla kiesħa jew ikla sħuna skont it-tul tat-titjira tagħhom. Barra minn hekk, meta wieħed jivvjaġġa fil-Klassi Business, ix-xarbiet kollha, kemm sħan u kif ukoll kesħin, huma komplimentari.

Klijenti li għandhom xi rekwiżiti tad-dieta jew preferenzi reliġjużi huma mħeġġa biex jordnaw l-ikla speċifika tagħhom sa 48 siegħa qabel it-titjira tagħhom. Dan jista’ jsir billi ċċempel l-Uffiċċju tal-Bejgħ tagħna: +356 2299 9620 jew iċ-Ċentru tat-telefonati tagħna: +356 21 662 211..

Jekk jogħġbok irreferi għal-lista ta’ hawn taħt għat-tipi differenti ta’ ikliet speċjali li noffru għall-klijenti tal-Klassi Business tagħna:

• Ikla Musulmana
• Ikla għat-Tfal
• Ikla Dijabetika
• Ikla bla Lattożju
• Ikla bla Glutina
• Ikla Vegana
• Ikla bil-Frott tal-Baħar
• Ikla b’Inqas Xaħam
• Ikla b’Inqas Sodju
• Ikla b’Inqas Kaloriji
• Platter tal-Frott

Servizz ġdid ta’ Ikel u Xorb waqt it-titjira– mit-12 ta’ Lulju

Wara l-kummenti tal-klijenti, aħna kburin li qed nintroduċu menu ġdid fjamant ta’ Sky Bar li jipprovdi servizz ta’ ikel u xorb waqt it-titjira li jinkludi xi għażliet ta’ ikel frisk, waqt li jiffoka fuq il-kwalità u l-għażla.

Aħna għażilna li noffru prodotti tal-ikel magħmulin bl-idejn, u preparati friski, imħejjija kuljum minn wieħed mill-koko l-aktar famużi ta’ Malta. Il-klijenti se jkollhom l-opportunità li jduqu xi wħud mill-prodotti lokali, u kif ukoll varjetà ta’ ikel li tinkludi għażliet veġiterjani u vegani madankollu ma nistgħux nassiguraw lill-klijenti tagħna li l-kabina hija ħielsa minn allerġeni tal-ikel.

Dan is-servizz ġdid ta’ xiri abbord se jkun disponibbli fuq titjiriet magħżula (esklużi l-iqsar rotot fejn is-servizz tal-bar mhux disponibbli), u se jagħti lill-klijenti tagħna l-għażla li jixtru oġġetti kemm bil-flus u kif ukoll bil-karti tal-kreditu. Biex tara l-firxa sħiħa, jekk jogħġbok aral-Menu Sky Bar tagħna..

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!