L-Air Malta – Aktar Minn Sempliċi Titjira

 

Is-Soluzzjoni Waħdanija Tiegħek għall-Akkomodazzjoni

Il-prenotazzjoni tal-akkomodazzjoni tiegħek f'lukanda permezz tal-Air Malta ma tistax tkun aktar faċli.
Aħna sseħibna mas-sit Booking.com biex inkunu nistgħu noffrulek firxa wiesgħa ta' lukandi kull fejn tkun sejjer għal btala. B'mijiet ta' lukandi minn fejn tagħżel, żgur li ser issib waħda li tgħodd għalik, kemm jekk qed tfittex xi ħaġa ekonomika kif ukoll jekk tixtieq akkomodazzjoni f'lukanda aktar lussuża.

Il-benefiċċji li tikseb meta tibbukkja l-lukanda tiegħek magħna

  • Flessibbiltà - Agħżel lukanda minn għażla estensiva, abbażi tad-destinazzjoni, il-baġit u l-istil tiegħek;
  • Rati Kompetittivi - Ibbenifika minn skontijiet innegozjati u gawdi minn fost l-aħjar rati disponibbli fis-suq 
  • Sigurtà - Tista' sserraħ moħħok li meta tibbukkja magħna, id-dettalji tiegħek jinżammu protetti permezz ta' konnessjoni sigura.
  • Kumdità. B'tant lukandi minn fejn tagħżel, kulma trid tagħmel huwa li tilloggja fil-kont tiegħek, tippjana l-akkomodazzjoni madwar it-titjira tiegħek u tirrilassa.

Kif taħdem is-sistema?

1. Fittex. Fittex il-lukanda ideali tiegħek fuq is-sit iddedikat;
2. Agħżel. Agħżel lukanda skont id-destinazzjoni, il-baġit u l-istil tiegħek;
3. Ibbukkja. Issottometti d-dettalji tiegħek biex tibbukkja l-lukanda; 
4. Ikkonferma.  Ħallas direttament bil-Visa jew bil-MasterCard tiegħek u tirċievi l-konferma tiegħek. Ara l-metodi ta' ħlas aċċettati.