Benefiċċji tal-Boarding Pass

Kont taf li issa tista' tuża l-boarding pass tiegħek tal-Air Malta biex tieħu skontijiet speċjali kemm iddum Malta? Dan huwa biss mod sempliċi biex nagħtuk merħba fil-Gżejjer tagħna, filwaqt li ngħinuk ukoll tiskopri xi negozji lokali mill-aqwa li altrimenti stajt taqbiżhom!

Meta tivvjaġġa magħna, il-boarding pass tiegħek isir awtomatikament mezz ta' identifikazzjoni li jista' jintuża f'diversi stabbilimenti waqt li tkun f'Malta. Tista' tuża l-pass tiegħek biex tieħu skontijiet speċjali f'bosta lukandi, mużewijiet u ristoranti. 


Kif nieħu l-iskontijiet? 

L-ewwelnett, iċċekkja l-offerti disponibbli fuq il-paġna ta' Facebook tagħna.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, kulma trid tagħmel huwa li tippreżenta l-boarding pass tiegħek meta tkun qed tixtri xi wieħed mis-servizzi elenkati. Kun ċert biss li ssemmi li tixtieq tuża l-iskont speċjali tal-Air Malta meta tkun qed tagħmel prenotazzjoni u ara li jkollok il-boarding pass miegħek biex issarraf dawn l-offerti. Ftakar ukoll li ċerti offerti speċifiċi għandhom rekwiżiti oħrajn, għalhekk tinsiex qabelxejn tiċċekkja l-istruzzjonijiet.

Dan is-servizz ġie introdott lejn l-aħħar tal-2012 u, għalhekk, aħna għadna qegħdin inżidu negozji sħab li jixtiequ jżidu mal-‘Merħba Maltija’ tiegħek. Għalhekk meta terġa' żżur dawn il-Gżejjer, tinsiex tagħti ħarsa lejn din il-paġna biex tara x'benefiċċji tista' tieħu, sempliċement billi turi l-boarding pass tiegħek tal-Air Malta!


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!