Ġarr ta' Klieb ta’ Assistenza

Jekk inti jew passiġġier ieħor ikollkom bżonn l-assistenza ta' kelb gwida, dan jista' jittella' abbord fil-kabina taħt ċerti kundizzjonijiet li jħarsu lill-passiġġieri l-oħrajn.

Il-kelb gwida tiegħek, flimkien mal-kontenituri u l-ikel tiegħu, jinġarru mingħajr ħlas żejjed mill-konċessjoni normali għall-ġarr ta' bagalji b'xejn.

Jekk jogħġbok irrevedi r-regolamenti ta' hawn taħt biex tkun ċert li qed issegwi r-regoli li taqbel magħhom fir-rigward tal-ġarr.


Termini u kundizzjonijiet

Dawn il-kundizzjonijiet huma ppubblikati skont l-Artikolu 8.9 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr (Passiġġieri u Bagalji) tal-Air Malta u huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 [1] u l-Linji Gwida Interpretattivi [2]  maħruġin skont dan. Dawn il-kundizzjonijiet huma soġġetti għal kwalunkwe leġiżlazzjoni Ewropea jew nazzjonali applikabbli dwar il-ġarr tal-annimali, inkluż iżda mhux limitat għar-Regolament dwar il-Passaport tal-Annimali Domestiċi [3].

  1. Kelb ta’ Assistenza Rikonoxxut li tħarreġ apposta sabiex jassisti lil persuna b’diżabilità jew persuna b’mobilità batuta jista’ jinġarr fil-kabina tal-inġenju tal-ajru mingħajr ebda spiża addizzjonali soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a)  Il-Kelb tal-Assistenza jrid ikun tħarreġ apposta, ġie vvalutat u akkreditat għal din il-funzjoni minn organizzazzjoni li tissodisfa l-kriterji kollha ta’ sħubija fl-International Guide Dog Federation jew fl-Assistance Dog International, il-korp ta’ akkreditazzjoni għall-organizzazzjonijiet tal-klieb tal-assistenza ta’ madwar id-dinja.
    (b) It-tipi li ġejjin ta’ Klieb ta’ Assistenza Rikonoxxuti, f’kull każ evidenzjati minn ċertifikat formali ta’ approvazzjoni, għandhom ikunu aċċettati abbord soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fih:

    i. Klieb ta’ Gwida – jassistu lil persuni għomja u dawk b’vista batuta;
    ii. Klieb tas-Smigħ – jassistu lil persuni torox jew dawk bi smigħ batut;
    iii. Klieb tas-Servizz – jassistu lil persuni b’diżabilità jew mobilità batuta għajr dawk b’vista jew smigħ batuti. Jistgħu jitħarrġu sabiex jaħdmu ma’ nies li jużaw siġġijiet tar-roti bil-mutur jew manwali, bi problemi ta’ bilanċ, li għandhom diversi tipi ta’ awtiżmu, li jeħtieġu twissija jew rispons f’każ ta’ attakki ta’ puplesija, li jridu jitwissew għal problemi mediċi oħrajn bħal livell baxx ta’ zokkor fid-demm, jew dawk b’diżabilitajiet psikjatriċi.

    (ċ) Klieb oħrajn mhux imħarrġin sabiex jissodisfaw il-kriterji stabbiliti minn Assistance Dog International, għandhom, sakemm ma jikkonformawx mal-kriterji tal-Annimali Domestiċi li jinġarru fil-Kabina tal-Passiġġieri, ikunu meħtieġa jivvjaġġaw fl-istiva, bir-rati applikabbli. Il-Kelb tal-Assistenza jrid ikun jappartjeni għall-persuna b’diżabilità jew il-persuna b’mobilità batuta li tkun qed tivvjaġġa.

  2. It-talba sabiex jinġarr Kelb tal-Assistenza fil-kabina trid issir liċ-Ċentru ta’ Assistenza tal-Air Malta tal-inqas 48 siegħa qabel ma jiġi ppubblikat il-ħin tat-tluq tat-titjira. Fil-każ ta’ titjiriet lejn/mir-Renju Unit, hemm bżonn ta’ perjodu ta’ notifika minn qabel ta’ 7 ijiem. Din in-notifika għandha tkopri titjira ta’ ritorn ukoll, jekk it-titjira ta’ tluq u t-titjira ta’ ritorn ikunu ser isiru mal-Air Malta. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li tingħata l-assistenza xierqa.  

  3. In-numru ta’ Klieb ta’ Assistenza aċċettati fil-kabina huwa limitat. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Air Malta għal iktar assistenza. Il-Klieb ta’ Assistenza jiġu aċċettati fuq il-bażi ta’ “jinqeda min jiġi l-ewwel”. Normalment, kwalunkwe kelb, inklużi Annimali Domestiċi fil-Kabina, jitqiegħed tal-inqas 10 ringieli ’l bogħod mill-oħrajn. Il-klieb ma jitpoġġewx fl-istess ringiela ma’ trabi sakemm ma jkunux qed jivvjaġġaw fl-istess grupp.

  4. Is-sid irid ikollu sarima tal-ivvjaġġar għall-kelb u tagħmir jew ilbies ieħor b’logo li jidentifikah bħala kelb ta’ assistenza u tapit li jassorbi l-umdità flimkien mad-dokumenti meħtieġa kollha, li jridu jkunu disponibbli minn qabel, sabiex tiġi żgurata l-konferma tal-prenotazzjoni. Il-Kelb tal-Assistenza jrid ikun jissodisfa l-istandards kollha kif stabbiliti fl-istandards minimi għall-klieb tal-assistenza fil-pubbliku tal-ADI.

  5. Is-sid għandu jara li l-Kelb ta’ Assistenza huwa nadif, mirqum, u li ma għandux riħa li ddejjaq lin-nies.  Sabiex jitħalla jivvjaġġa fil-kabina, il-kelb bilfors irid ikun jobdi u jġib ruħu kif xieraq (jiġifieri ma jinbaħx, ma jgorrx, ma jagħmilx għal nies jew annimali oħrajn, u/jew ma jħammiġx fiż-żona tal-gate jew fil-kabina, jew jagħmel dan b’tali mod li ma joħloqx problemi tas-saħħa jew tas-sanità matul it-titjira). Jekk l-annimal ma jġibx ruħu sew, is-sid jista’ jintalab jagħmillu s-sarima għall-vjaġġ jew inkella jista’ jiġi konfinat fl-istiva tal-inġenju tal-ajru (jekk ikun hemm kennel disponibbli), jew inkella jista’ ma jitħalliex jitla’ abbord. (Din hija r-raġuni għaliex is-sid għandu jipprovdi sarima minn qabel).

  6. Il-ġarr tal-Klieb ta’ Assistenza fil-kabina ma għandux jitħalla jsir fuq rotot li ma għandhomx l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti kemm fl-ajruport ta-tluq, l-ajruport tal-wasla u, fejn applikabbli, l-ajruport ta’ waqfa intermedjarja (sakemm il-passiġġier ma jkunx ser jinżel fl-ewwel settur jew jitla’ abbord fl-aħħar settur). Passiġġieri akkumpanjati minn Klieb ta’ Assistenza li jivvjaġġaw lejn jew minn Malta huma meħtieġa jgħarrfu lill-uffiċċju veterinarju f’Malta minn qabel dwar il-wasla tagħhom. Il-ġarr ta’ Klieb ta’ Assistenza lejn ir-Renju Unit għandu jsir kif stipulat mid-DEFRA.

  7. L-Air Malta qatt ma għandha tinżamm responsabbli fir-rigward ta’ xi Kelb ta’ Assistenza li ma jkollux id-dokumenti ta’ ħruġ, ta’ dħul, tas-saħħa u dokumenti oħrajn meħtieġa fir-rigward tad-dħul jew il-passaġġ tal-annimal f’xi pajjiż, stat jew territorju (anki fil-każ ta’ diverżjoni u waqfa f’ajruprot fi stat ieħor) u l-persuna akkumpanjata mill-Kelb ta’ Assistenza trid tħallas lura lill-Air Malta kwalunkwe multa, telf jew obbligazzjoni imposti jew imġarrbin b’mod raġonevoli mill-Air Malta bħala konsegwenza ta’ dan.

  8. L-Air Malta tirriżerva d-dritt li tiċħad milli ġġorr Klieb ta’ Assistenza fil-kabina sabiex tissodisfa rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza stabbiliti mil-liġi, l-awtoritajiet kompetenti jew mill-Air Malta, jew meta d-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru jagħmlu l-ġarr tal-kelb ta’ Assistenza fil-kabina fiżikament impossibbli. Jekk isseħħ ċirkustanza bħal din, l-Air Malta għandha tipproponi alternattiva aċċettabbli għall-passiġġier inkwistjoni, fosthom li l-Kelb ta’ Assistenza jinġarr fl-istiva tal-merkanzija. Inkella, il-passiġġier għandu jiġi offrut id-dritt ta’ rimborż jew rotta ġdida fuq kwalunkwe servizz ieħor operat mill-Air Malta. Id-dritt għall-għażla ta’ titjira ta’ ritorn jew rotta ġdida għandu jkun jiddependi mill-ilħuq tar-rekwiżiti ta’ sikurezza, legali u dokumentarji kollha. 

  9. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet japplikaw għal titjiriet operati mill-Air Malta biss.

  10. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jistgħu jkunu soġġetti għal bidliet minn żmien għal żmien b’avviż minn qabel jew mingħajr, u l-Air Malta ma tistax tinżamm responsabbli għal dawn il-bidliet. L-Air Malta tirriżerva wkoll id-dritt li tinterpreta u tapplika dawn it-termini u l-kundizzjonijiet. F’kull każ, l-interpretazzjonijiet u l-applikazzjonijiet tal-Air Malta għandhom ikunu finali u konklużivi.

 

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

[2] Linji Gwida Interpretattivi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

[3] Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE




Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!