Titjiriet li jintilfu, li jkollhom dewmien jew li jitħassru

F'każijiet meta mhux kollox jimxi skont il-pjan u inti tispiċċa titlef it-titjira tiegħek, aħna rridu nagħmluhielek kemm jista' jkun faċli sabiex issib is-sostenn li jkollok bżonn. Hawn taħt ser issib struzzjonijiet speċifiċi dwar x'għandek tagħmel meta ssib ruħek f'sitwazzjoni bħal din.

Jekk titlef it-titjira tiegħek: Filwaqt li nifhmu li xi drabi ċerti ċirkostanzi jistgħu jwasslu sabiex tkun tard għat-titjira tiegħek, jekk jiġri dan, inti ser ikollok bżonn prenotazzjoni ġdida. Għandek dejjem tiċċekkja l-ħinijiet tal-għeluq għaċ-check-in mal-Air Malta, minħabba li mbagħad ma tkunx tista' tagħmel iċ-check-in wara dan il-ħin.

Jekk trid tikkanċella t-titjira tiegħek: Jekk taħseb li mhux ser tilħaq tasal l-ajruport fil-ħin, inti tista' tikkanċella l-prenotazzjoni tiegħek jew tbiddel id-data sa jum qabel it-tluq billi tikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Air Malta fil-pajjiż fejn tkun tinsab u/jew liċ-Ċentru Telefoniku Internazzjonali.

Jekk diġà jkun inħareġ biljett, aħna napplikaw ħlas għall-kanċellazzjoni jew għall-prenotazzjoni mill-ġdid, skont kif ikun il-każ. L-ammont ta' ħlas effettiv jiddependi fuq in-noll li tkun ħallast. 

Ftakar li sakemm ma tkunx ibbukkjajt it-titjira lura separatament, din titqies bħala parti mill-istess vjaġġ. Kun ċert li tuża t-titjira ta' ritorn tiegħek jew tinfurmana minn qabel jekk ikollok bżonn tikkanċella jew tbiddel il-prenotazzjoni tiegħek.

Rifużjonijiet u Kategoriji tal-Ivvjaġġar: Sfortunatament, bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-kategoriji tal-ivvjaġġar, aħna ma nistgħux noffrulek rifużjoni jew prenotazzjoni ġdida b'xejn jekk ikollok biljett Saver. Jekk ikollok il-kopertura t-tajba u tkun tlift it-titjira minħabba raġunjiet leġittimi, bħal kwistjonijiet mediċi, il-fornitur tal-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar jista' jkopri l-ispiża tat-titjira li tintilef. Biljett Flexi jagħtik aktar flessibbiltà biex tikkanċella jew tbiddel il-prenotazzjoni tiegħek u sabiex tkun tista' tingħata rifużjoni tat-taxxa. Inti għandek tiċċekkja l-kundizzjonijiet eżatti fuq il-biljett tiegħek sabiex tara jekk dan huwiex possibbli. Aqra aktar dwar il-kategoriji tal-ivvjaġġar.

Titjiriet Imdewma jew Mibdula: Bħal fil-każ ta' kull kumpanija tal-ajru oħra, perċentwal żgħir mit-titjiriet tagħna jiffaċċjaw diffikultajiet tekniċi jew problemi oħrajn li se jwasslu għal dewmien fit-tluq jew għal tibdil fir-rotta. Jekk jiġri dan, aħna ser inċemplulek biex navżawk kif xieraq u nipprovdulek alternattiva. Għandek taqra wkoll l-avviż ta' dewmien biex tiċċekkja x'sostenn u rifużjonijiet inti intitolat għalihom.

Titjiriet Ikkanċellati:
Aħna kburin bil-kapaċità tagħna li nwassluk fejn tixtieq tmur fil-ħin u b'mod komdu. Madankollu, f'każ rari ta' titjira kkanċellata li ma jkollok l-ebda kontroll fuqha, inti għandek tikkonsulta l-avviż ta' kanċellazzjoni tagħna biex tiċċekkja għal xhiex inti intitolat.

Jekk titlef titjira ta' konnessjoni: 
Jekk titjira mdewma twasslek biex titlef titjira ta' konnessjoni ma' linja tal-ajru oħra, għandha tingħatalek rotta alternattiva għad-destinazzjoni finali tiegħek. Madankollu, jekk l-itinerarju tiegħek ikun maqsum f'biljetti separati, aħna responsabbli biss għall-vjaġġ sad-destinazzjoni fuq il-biljett tiegħek.

Jekk it-titjira jkollha prenotazzjonijiet żejda: Bħal kull kumpanija tal-ajru ewlenija oħra, kull titjira li noperaw ser ikollha numru ta' passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw ruħhom biex jużaw il-biljett tagħhom. Skont il-prattika standard internazzjonali, f'tentattiv biex in-numru ta' siġġijiet ikun jaqbel mal-passiġġieri li jkunu effettivament preżenti, aħna nieħdu ftit aktar prenotazzjonijiet għal kull titjira milli suppost nieħdu. B'riżultat ta' dan, porzjon żgħir mit-titjiriet tagħna jaf ikollhom prenotazzjonijiet żejda. 

Jiddispjaċina għall-inkonvenjent li dan jikkawża lill-passiġġieri leali tagħna u aħna lesti li nimpenjaw ruħna kemm jista' jkun sabiex ngħinuk f'każ li tiltaqa' ma' tali sitwazzjoni. Il-membri tal-persunal tal-immaniġġjar tal-passiġġieri fl-ajruport ser ikunu lesti sabiex jagħtuk l-assistenza meħtieġa. Għal aktar informazzjoni dwar sitwazzjoni fejn ikun hemm prenotazzjonijiet żejda, jekk jogħġbok aqra l-avviż tagħna dwar kumpens għal imbarkazzjoni miċħuda.










Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!