X'inhu għaddej f'Malta Urini titjiriet indiretti. Id-Destinazjoni ta l-ajruport irid ikun magħżul  Ajruport, Belt jew Pajjiż tat-Tluq Ajruport, Belt jew Pajjiż tal-Wasla Ara kollox Lejn Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru, Ottobru, Novembru Diċembru Jekk jogħġbok agħżel ajruport tat-tluq Jekk jogħġbok agħżel ajruport tal-wasla Jekk jogħġbok agħżel data ta' tluq Jekk jogħġbok agħżel data ta' ritorn Titjira diretta m'Air Malta Kodiċi tal-kupun

Jekk jogħġbok stenna...

Ħruġ
Ritorn
Adulti
Tfal
(2-11 sena)
Trabi
(0-2 sena)
Fittex titjiriet!
shab mifrux H:18°C L:13°C
Sabiex tara t-titjiriet li rriżervajt, l-ewwel trid tilloggja fil-kont tiegħek.
LOGIN

Politika ta’ Privatezza

L-AIR MALTA u l-Privatezza Tiegħek

Is-servizzi tal-AIR MALTA bbażati fuq il-web huma mwassla lilek mil-linja nazzjonali tal-ajru ta’ Malta. Aħna bnejna n-negozju tagħna fuq il-kwalità għolja tas-servizz li noffru, u għalhekk inħossuna responsabbli li niżguraw illi l-privatezza tal-utenti tagħna tkun protetta kif xieraq il-ħin kollu.

Meta fassalna l-politika tagħna tal-privatezza, l-għan tagħna kien li nkunu konformi ma’ standards rispettati internazzjonalment bħal ma huma dawk imwaqqfa mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-dejta (1981) kif ukoll tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE (UE/46/95). Bil-qbil ma’ dawn l-istandards, l-AIR MALTA tintrabat mal-klijenti tagħna illi tiġbor biss dik l-informazzjoni personali li neħtieġu għat-tħaddim tekniku u kummerċjali tal-attivitajiet tagħna, li ninfurmawkom meta niġbru informazzjoni personali, li ninfurmawkom bir-raġuni speċifika għalfejn ġbarna din l-informazzjoni mhux aktar tard minn dak il-ħin stess li niġbru l-informazzjoni, li nagħmlu użu ġust u skont il-liġi mill-informazzjoni personali tiegħek għall-għanijiet speċifiċi u għal dawk l-għanijiet biss, li ntuk aċċess għall-informazzjoni personali tiegħek miżmuma mill-AIR MALTA, li nżommu l-informazzjoni personali tiegħek b’mod sigur permezz ta’ miżuri kemm tekniċi kif ukoll organizzattivi, li l-informazzjoni personali tiegħek ma ngħadduha lil ħaddieħor ħlief jekk int tagħti l-kunsens speċifiku tiegħek li aħna nistgħu ngħaddu din l-informazzjoni tiegħek. L-informazzjoni personali tiegħek inżommuha biss għat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-għan li għalih tkun inġabret. 


Privatezza u Informazzjoni Personali

B’informazzjoni personali nifhmu kull informazzjoni li jista’ jkollha konnessjoni ma’ persuna identifikata jew identifikabbli. Fi ftit kliem, jekk xi forma ta’ informazzjoni tista’ tkun konnessa miegħek din issir informazzjoni personali u għalhekk aħna noqogħdu attenti ħafna meta niġbru u nipproċessaw din l-informazzjoni biex niżguraw il-privatezza tal-utenti tagħna.


Anonimità

Meta żżur l-AIR MALTA tista’ tagħmel użu mis-servizzi tagħna mingħajr ma tgħidilna min int. B’hekk jekk inti ma titlobx għal xi servizz li jeħtieġ id-dettalji personali tiegħek, tista’ tuża s-servizzi tagħna b’mod anonimu. Madankollu, aħna nistgħu nqiegħdu cookie fuq il-PC tiegħek biex inkunu nistgħu nżommu rekord statistiku tal-udjenzi tagħna u nibnu x-xejriet fl-użu. Aktar dettalji dwar kif nagħmlu użu mill-cookies jistgħu jinstabu f’dan id-dokument.


Il-Ġbir tal-Informazzjoni Personali tiegħek

Meta tirreġistra, u f’kull żjara wara r-reġistrazzjoni, aħna niġbru l-informazzjoni tiegħek b’żewġ modi prinċipali: billi nistaqsuk direttament meta tkun tixtieq tuża ċerti servizzi pereżempju posta elettronika. Waqt il-proċess tar-reġistrazzjoni inti tkun mistenni timla ċerti oqsma, nitolbuk timla oqsma oħra u nitolbuk tagħżel username u password biex aħna jkollna biżżejjed informazzjoni minima li neħtieġu biex nipprovdulek is-servizzi tagħna; billi nżommu kont taż-żjarat tiegħek fis-sit tagħna u tal-preferenzi tiegħek meta taċċessa partijiet differenti (pereżempju jekk taċċessa s-sezzjonijiet tagħna tal-ivvjaġġar għan-negozju jew dak tal-isports tax-xitwa, b’mod raġonevoli nistgħu nassumu li int interessat f’dawn is-suġġetti). Billi nsiru nafu aktar dwar il-preferenzi tiegħek aħna nkunu nistgħu nippersonalizzaw l-użu li int tagħmel mis-servizzi tagħna, kif ukoll nipprovdu reklamar dirett tal-prodotti u s-servizzi li jistgħu jinteressawk. Mod kif inżommu għajnejna fuq iż-żjarat tiegħek huwa permezz ta’cookies, li ssib aktar dettalji dwarhom aktar hawn taħt.


Għanijiet Ġusti u Skont il-Liġi fil-Ġbir tal-Informazzjoni Dwarek

Aħna niġbru l-informazzjoni personali tiegħek għal erba’ għanijiet prinċipali:

Operazzjonali – biex ikunu nistgħu nwasslulek dak is-servizz li tixtieq, li jista’ jiddependi mill-ħardwer u s-softwer li hemm installat f’darek jew fl-uffiċċju tiegħek.

Trażmissjoni ta’ Informazzjoni Selettiva - biex inkunu nafu liema aħbarijiet jew informazzjoni oħra tippreferi taqra l-ewwel, b’hekk niffrankawlek il-ħin. 
Reklamar u kummerċjalizzazzjoni diretta – inwasslulek informazzjoni dwar prodotti u servizzi li jistgħu jinteressawk. Nagħtuk il-possibbiltà li tipparteċipa f’offerti speċjali u kompetizzjonijiet.

Użu tal-Informazzjoni tiegħek

L-AIR MALTA tuża l-informazzjoni personali tiegħek biex:

  1. Tagħżel dawk l-aħbarijiet u informazzjoni li taf li int normalment interessat fihom biex dawn jidhru l-ewwel meta terġa’ tilloggja.
  2. Tkun taf il-preferenzi tiegħek għal reklamar dirett ta’ prodotti u servizzi li jistgħu jinteressawk. Dan nagħmluh billi niddeċiedu liema banners u displejs ta’ reklamar tara billi nibagħtulek ittri elettroniċi dwar xi offerta partikolari. B’dan il-mod aħna nistgħu nsostnu dawk is-servizzi li noffrulek mingħajr ma nikxfu l-informazzjoni personali tiegħek ma’ dawk il-fornituri li jkunu jridu jippromwovu l-prodotti u s-servizzi tagħhom. Dan ifisser li M’GĦANDNIEX għalfejn nagħtu l-informazzjoni personali tiegħek lil fornituri u sponsors. Minflok ikunu huma li jgħidulna x’jixtiequ jippromwovu u x’kategorija ta’ nies jixtiequ jilħqu, imbagħad AĦNA biss (jiġifieri l-AIR MALTA) inkunu nafu fuq min niffokaw. B’hekk, l-AIR MALTA, taġixxi bħala intermedjarju bejn il-promotur u int, il-klijent. Pereżempju, min jirreklama jgħidilna li jixtieq jilħaq udjenza ta’ rġiel ’il fuq minn 25 sena interessati fil-ħwejjeġ tal-isports tax-xitwa, u jekk inti tkun diġà wrejt interess fl-ivvjaġġar marbut mal-isports tax-xitwa, aħna niddeċiedu li nwasslu dan ir-reklam lilek u mhux lill-ġar tiegħek li jista’ jkun aktar interessat jirċievi informazzjoni dwar kotba tal-ivvjaġġar.
  3. Bil-permess tiegħek nistgħu naqsmu l-informazzjoni li int tipprovdilna ma’ partijiet terzi magħżula, primarjament dawk li jirreklamaw magħna u l-isponsors. Int tista’ taċċetta dan l-iskambju ta’ informazzjoni meta tirreġistra jew aktar tard. Jekk taċċetta dan l-iskambju ta’ informazzjoni, meta tirreġistra, int tista’ tagħżel li toħroġ minn dan il-ftehim x’ħin trid.
  4. Minn żmien għal żmien aħna nistgħu nniedu kompetizzjonijiet fuq is-sit tagħna li fihom nitolbu informazzjoni ta’ kuntatt mingħand il-parteċipanti, pereżempju l-indirizz elettroniku tagħhom. Jekk inti tieħu sehem fil-kompetizzjonijiet, l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek tintuża primarjament biex nikkuntattjawk b’konnessjoni mal-kompetizzjonijiet. Jista’ jkun ukoll li nużaw l-informazzjoni ta’ kuntatt miġbura biex nibagħtulek informazzjoni dwar l-AIR MALTA, is-servizzi tagħna u sponsors magħżula. Inti tista’ tagħżel li tirċievi din il-posta meta tirreġistra għall-kompetizzjoni. Jekk tirrifjuta li tirċievi din l-informazzjoni, aħna ma nikkuntattjawkx.

Id-Dritt Tiegħek għall-Aċċess u l-Kontroll tal-Informazzjoni Personali Tiegħek.

Biex tkun żgur li int jkollok kontroll fuq l-informazzjoni personali tiegħek, l-AIR MALTA tagħtik il-possibbiltà li:

  • tara l-informazzjoni personali li nżommu dwarek;
  • titlob li kull informazzjoni personali li mhix eżatta, li hi irrelevanti jew mhux aġġornata tkun emendata jew imħassra;
  • tagħżel li ma tkomplix tuża s-servizzi tagħna u li l-informazzjoni personali tiegħek tkun imħassra, dejjem jekk dan it-tħassir huwa ammess mill-liġi u/jew ma jippreġudikax legalment il-pożizzjoni tal-AIR MALTA;

Sigurtà

L-AIR MALTA investiet f’għadd ta miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà bil-għan li tipproteġi kontra t-telf, l-użu ħażin u l-bdil tal-informazzjoni personali taħt il-kontroll tagħna. Pereżempju: bnejna s-sistemi tagħna bil-privatezza tiegħek fi ħsiebna sa mill-istadju tad-disinn. L-impjegati tal-AIR MALTA li jkollhom aċċess jew għad-databases li jaħżnu l-informazzjoni dwar l-utenti jew għas-servers li jospitaw is-servizzi tagħna jridu jkunu konformi ma’ regoli stretti ta’ sigurtà. Filwaqt li ma nistgħux nagħtu garanzija li ma jkunx hemm telf, użu ħażin jew bdil tad-dejta, aħna nagħmlu minn kollox biex każijiet sfortunati bħal dawn ma jseħħux.


Protezzjoni tad-Dejta Sensittiva Tiegħek

Filwaqt li l-informazzjoni personali tiegħek hija kollha protetta mill-AIR MALTA permezz ta’ prekawzjonijiet u miżuri varji deskritti aktar ’il fuq, xi informazzjoni hija ħafna aktar sensittiva minn oħrajn. L-AIR MALTA tqis din it-tip ta’ informazzjoni personali bħala partikolarment sensittiva u għalhekk, bħala sigurtà addizzjonali, iżżommha biss f’mod kriptat. Taħt l-ebda ċirkostanza m’aħna qatt ser nitolbuk għall-password tiegħek bl-email jew bit-telefown.


Rekwiżiti Legali u t-Tul ta’ żmien li nżommu l-Informazzjoni Personali

L-AIR MALTA tista’ tkun mitluba bil-liġi li:

  • Tiżvela informazzjoni personali għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi jew tas-sigurtà nazzjonali;
  • Taħżen informazzjoni personali għal tulijiet ta’ żmien differenti (pereżempju b’konnessjoni mal-liġijiet tat-taxxa);
  • Bħala regola l-AIR MALTA ma żżommx l-informazzjoni personali tiegħek għal perjodu ta’ aktar minn għaxar snin.

Partijiet Terzi

Din il-Politika ta’ Privatezza ma tkoprix siti ta’  partijiet terzi. Siti li forsi aċċessajt permezz ta’ www.airmalta.comjista’ jkun li ma jħaddmux politika ta’ privatezza aċċettabbli. L-AIR MALTA tipprovdi links ma’siti oħra għall-konvenjenza tiegħek u f’dan il-każ, l-AIR MALTA ma tistax tinżamm responsabbli tal-kontenut muri fuq dawn is-siti u tal-miżuri ta’ privatezza li jħaddmu.


Mistoqsijiet Komuni

X’inhuma Cookies u x’użu tagħmel minnhom l-AIR MALTA?

Cookie huwa ammont żgħir ta’ dejta li tintbagħat lil-brawżer tiegħek minn server tal-web u li jinħażen fuq il-ħardisk tal-kompjuter tiegħek. Cookies huma żviluppati bi standards, ristretti ħafna, u taħt l-ebda ċirkostanza m’għandna aċċess dirett għal-PC, ħardrajv jew kwalunkwe apparat tiegħek. Nistgħu nibagħtulek aktar minn cookie wieħed, jiddependi mis-servizzi li jinteressawk. Dan isir awtomatikament u normalment lanqas tinduna li dan qed isir. Tista’ tagħżel jekk taċċettax jew le il-cookies li nibagħtulek billi tbiddel is-settings tal-brawżer. Jekk tagħżel li ma taċċettax dawn il-cookies, l-esperjenza tiegħek fuq is-sit tagħna tista’ tkun inferjuri u xi karatteristiċi ma jaħdmux kif suppost. Normalment il-cookies nużawhom biex:

  • Ngħaqqdu l-utent mal-informazzjoni tal-kont li nżommu fil-kompjuters tagħna;
  • Nagħmlu stima tan-numru ta’ nies li jużaw is-servizzi varji tagħna. Kull brawżer li jaċċessa l-AIR MALTA jingħata cookie uniku li mbagħad jintuża biex niddeterminaw kemm huwa l-użu ripetut, l-użu minn utent reġistrat imqabbel ma’ utent mhux reġistrat, u jgħinu biex niffokaw fuq informazzjoni u reklamar ibbażati fuq l-interessi u l-imġiba tal-utenti.
  • Nżommu għajnejna fuq il-progress u kemm-il darba l-klijenti tagħna jidħlu għall-kompetizzjonijiet u l-promozzjonijiet tagħna. Meta promozzjoni ospitata mill-AIR MALTA tuża l-cookies, l-informazzjoni mniżżla fuq il-cookie tirreġistra l-progress ta’ min jieħu sehem fil-promozzjoni, u tista’ tintuża biex iżżomm kont tad-dħul, sottomissjonijiet, u l-istatus f’lotteriji bi premju;
  • Inkejlu ċertu xejriet ta’ traffiku, liema oqsma tas-servizzi tal-AIR MALTA żżur u niskopru x-xejriet taż-żjarat tiegħek. Din l-informazzjoni tintuża biex nifhmu kif id-drawwiet tal-utenti tagħna jixxiebhu jew ivarjaw minn xulxin biex inkunu nistgħu niżguraw li s-servizzi, kemm tekniċi u kemm kummerċjali, jiffunzjonaw sew biex lill-klijenti tagħna nagħtuhom esperjenza sabiħa u siewja;

Barra mill-cookies imqiegħda mill-AIR MALTA, min jirreklama fuq l-AIR MALTA jew reklami oħra li int tista’ taċċessa permezz tal-AIR MALTA jistgħu jużaw il-cookies tagħhom.


L-AIR MALTA tbiegħ Informazzjoni Personali lil Kumpaniji oħra?

Le, ma tagħmilx dan. Jekk kumpanija oħra tixtieq tikkuntattja xi klijenti tagħna trid tgħaddilna r-reklam u l-profil tal-udjenza li għandha fil-mira tagħha. L-AIR MALTA taġixxi bħala intermedjarju fit-tranżazzjoni u l-AIR MALTA biss taf jekk klijent partikolari jidħolx fil-profil fil-mira ta’ min jirreklama. Li kultant l-AIR MALTA tista’ tbiegħ hija informazzjoni ta’ statistika, jiġifieri dejta statistika mingħajr ismijiet inklużi pereżempju 2,000 klijent maskili interessati fl-ivvjaġġar għas-sajd jew 40,000 klijent maskili interessati fl-ivvjaġġar għall-futbol jew 20,000 klijent femminili bejn l-20 u l-35 sena interessati fl-ivvjaġġar fil-Karibew eċċ. L-AIR MALTA tgħaddi Informazzjoni dwarek lil partijiet terzi jekk int tkun tajt il-kunsens speċifiku tiegħek biss.


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn