Assistenza fiċ-check-in

Għamilt prenotazzjoni għal titjira u rċevejt il-biljett tiegħek, iżda qed issib xi problemi biex tagħmel iċ-check in għat-titjira tiegħek? Aħna ninsabu hawnhekk biex ngħinuk. Hawn taħt, inti tista' tanalizza xi wħud mill-kwistjonijiet l-aktar komuni li jinqalgħu minn żmien għal ieħor:

Biljetti mixtrija minn aġenti tal-ivvjaġġar: Jekk ibbukkjajt it-titjira tiegħek mingħand aġent tal-ivvjaġġar jew parti terza oħra, inti xorta waħda ser tkun tista' tagħmel iċ-check in bl-internet, billi ddaħħal ismek, kunjomok, in-numru tat-titjira u d-data biss. Fil-preżent, il-kodiċijiet tal-prenotazzjoni li ma jinħarġux direttament mill-Air Malta ma jiġux aċċettati għaċ-check-in bl-internet.

Tibdil fl-assenjazzjoni tas-siġġijiet wara ċ-check-in: Sabiex tbiddel l-assenjazzjoni tas-siġġijiet wara li tuża s-servizz taċ-check-in bl-internet, jeħtieġ li tikkuntattja lid-desk taċ-check-in fejn jitħallew l-affarijiet fl-ajruport.

Check-in bl-internet għal titjiriet ta' konnessjoni: Jekk il-vjaġġ tiegħek jinkludi titjira ta' konnessjoni, inti tkun tista' tagħmel iċ-check-in bl-internet jekk:

  1. It-titjira ta' konnessjoni tkun operata minn kumpanija tal-ajru li jkollha ftehim "permezz ta' check-in" mal-Air Malta: Dawn huma KLM, Air Berlin, Air One, Alitalia, British Airways, British Midland, SAS, Emirates Airlines, Hapag Lloyd, Lufthansa, Swiss International, North West u Qantas.
  2. Ikollok referenza ta' prenotazzjoni unika għall-itinerarju sħiħ.

Ftakar li għandhom jiġu pprintjati żewġ karti ta' imbarkazzjoni għal kull fażi tat-titjira.

Codeshare: Iċ-check-in bl-internet jista' jsir għal kull titjira codeshare li hija operata mill-Air Malta.

Tfal: Is-servizz taċ-check-in bl-internet mhuwiex disponibbli għall-Minuri Mhux Akkumpanjati ta' bejn is-7 snin u 12-il sena (b'mod inklużiv) u għall-passiġġieri kollha li jeħtieġu assistenza speċjali.

Il-Karti ta' Imbarkazzjoni: Jekk bi żball titlef il-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek, inti tista' terġa' tagħmel iċ-check-in bl-internet sabiex tkun tista' terġa' tipprintjahom. Kopja tal-karti ta' imbarkazzjoni tista' terġa' tiġi pprintjata wkoll mid-desks taċ-check-in fejn jitħallew l-affarijiet fl-ajruport. Il-kontrolli tas-sigurtà u l-verifiki tal-karta tal-identità japplikaw il-ħin kollu.

Attenzjoni: Jekk tkun ser tivvjaġġa lejn/minn ajruport tar-Renju Unit u ma tissottomettix l-informazzjoni dwar id-dejta tal-Passaport API, inti ma tkunx tista' tipprintja l-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek.

Kif tbiddel il-prenotazzjoni tiegħek: Jekk trid tagħmel xi tibdil fl-itinerarju tiegħek wara li tagħmel iċ-check-in bl-internet, inti għandek tikkuntattja lit-taqsima tal-prenotazzjonijiet. Il-ħlasijiet applikabbli jiddependu fuq ir-regoli dwar in-nollijiet tat-titjira fir-rigward tal-kanċellazzjoni tat-tibdiliet. F'dan il-każ, inti tkun trid terġa' tagħmel iċ-check-in wara li tagħmel it-tibdiliet mixtieqa.

Lil min għandek tikkuntattja: Jekk tiltaqa' ma' xi problemi oħrajn bis-servizz taċ-check-in bl-internet jew permezz tat-telefon ċellulari, inti tista' tikkuntattja lis-Servizzi tal-Immaniġġjar tal-Passiġġieri tal-Air Malta billi tibgħat email għal aktar għajnuna. Jekk jogħġbok, spjega x'inhi l-problema li qed tiltaqa' magħha u, f'każijiet fejn tirċievi messaġġ li jgħarrfek bl-iżball, aħna napprezzaw jekk tibgħat ukoll screenshot sabiex tgħinna nevalwaw il-problema u nweġbuk aktar malajr.   






Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!