Iċ-check-in bl-internet

Iċ-check-in bl-internet

Aktar konvenjenza, anki waqt l-imbarkazzjoni

Agħmel iċ-check-in bl-internet u itla' abbord it-titjira tiegħek mingħajr ebda xkiel 

Il-benefiċċji taċ-check-in bl-internet huma ċari għal kull vjaġġatur li diġà għamlu qabel. Kulma teħtieġ huwa apparat imqabbad mal-internet u printer. 

Hawnhekk ser issib ir-raġunijiet ewlenin għaliex il-passiġġieri tagħna jħobbu l-għażla li jagħmlu ċ-check-in bl-internet qabel it-titjira tagħhom:

  1. Iffranka l-ħin. Ma hemm xejn aħjar milli tagħmel iċ-check-in bl-internet, tagħżel fejn tixtieq tpoġġi u tipprintja l-biljett tat-tluq mill-kumdità ta' darek jew tal-uffiċċju tiegħek. 
  2. Bil-pass tiegħek. Li tasal l-ajruport sigħat qabel tkun skedata li titlaq it-titjira tiegħek mhuwiex dejjem ideali. Iċ-check-in bl-internet jagħtik iċ-ċans li tasal fil-post tal-imbarkazzjoni sempliċiment 45 minuta qabel it-tluq tal-ajruplan.
  3. Sempliċi u sigur. Tista teħles iċ-check-in minn kmieni sa 24 siegħa qabel it-tluq u, bl-aktar mod konvenjenti, tista' wkoll tipprintja l-biljett tal-imbarkazzjoni.
  4. L-ebda battikati mal-bagalji. Tista' sempliċiment tħalli l-bagalji tiegħek fid-desk tas-servizz tagħna u tipproċedi lejn il-post tal-imbarkazzjoni. Jekk ma tkunx qed iġġorr ħafna bagalji u ma jkollokx aptit toqgħod fil-kju biex tagħmel iċ-check-in, tista' sempliċiment tibqa' miexi 'l ġewwa.

Barra minn hekk, inti tista' wkoll tuża t-telefon ċellulari tiegħek jew id-desk tas-servizzi tagħna fl-ajruport biex tagħmel iċ-check-in.

Dettalji li għandek iżżomm f'moħħok

  • Iċ-check-in bl-internet huwa possibbli minn 24 siegħa sa sagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq.
  • Oqgħod attent u ppjana bil-quddiem anki meta tuża s-servizz taċ-check-in bl-internet. Jekk tasal fil-post tal-imbarkazzjoni inqas minn 45 minuta qabel it-tluq tat-titjira, il-prenotazzjoni tiegħek tkun diġà tħassret u jibdew japplikaw ir-regoli għal meta passiġġier ma jitfaċċax.
  • Jekk jogħġbok innota li t-titjiriet kollha tal-Air Malta jagħlqu nofs siegħa qabel il-ħin skedat tat-tluq (bl-eċċezzjoni ta' Tripli, li tagħlaq 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq)

Postijiet

Fil-preżent, is-servizz taċ-check-in bl-internet huwa disponibbli biss jekk it-titjira tiegħek titlaq minn wieħed mill-ajruporti li ġejjin:

  • Ateni
  • Berlin
  • Catania
  • Dusseldorf
  • Ġinevra
  • Frankfurt
  • Hamburg
  • Londra Gatwick 
  • Londra Heathrow
  • Malta
  • Manchester
  • Lyon
  • Marsilja
  • Munich
  • Parigi Orly
  • Parigi Charles de Gaulle
  • Ruma
  • Vjenna
  • Zurich 

Bħalissa qegħdin naħdmu biex inkunu nistgħu nibdew noffru ċ-check-in minn aktar ajruporti tagħna.


Kif jaħdem iċ-Check-in bl-internet?

Segwi 5 passi sempliċi biex tagħmel iċ-check-in tiegħek bl-internet għat-titjira li jmiss tiegħek mal-Air Malta:

  1. Ikklikkja l-buttuna taċ-check-in hawn fuq fil-paġna prinċipali
  2. Agħżel l-ajruport minn fejn ser titlaq
  3. Wieġeb ftit mistoqsijiet ta' sigurtà u imla d-dettalji meħtieġa, inkluż l-isem u l-kunjom tal-passiġġier, il-belt tat-tluq, in-numru tat-titjira u /jew il-PNR.
  4. F'dan l-istadju tista' tagħżel fejn tixtieq tpoġġi u tikkonferma jekk intix ser tirreġistra xi bagalji.
  5. Fl-aħħarnett, ipprintja l-biljett tal-imbarkazzjoni tiegħek immarkat bil-barcode u bl-informazzjoni kollha li teħtieġ biex titla' abbord it-titjira tiegħek. 

Biex tipprintja l-biljett tal-imbarkazzjoni aktar minn darba, sempliċiment għandek tidħol fis-sistema taċ-check-in bl-internet għat-tieni darba. Barra minn hekk, tista' terġa' tipprintja kopja tal-biljett tal-imbarkazzjoni fid-desk fejn tiddepożita l-bagalji tiegħek fl-ajruport. Il-kontrolli tas-sigurtà u l-verifiki tal-karta tal-identità japplikaw il-ħin kollu.


Ma tistax ittemm iċ-check-in tiegħek bl-internet? Ikklikkja hawn biex tmur lejn is-sezzjoni rilevanti ta' għajnuna. 

Termini u kundizzjonijiet 

Meta tuża s-servizz ta' check-in bl-internet tal-Air Malta, int tkun qed taċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet taċ-Check-In bl-Internet tagħna.























Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!