Iċ-Check-In permezz tat-Telefon Ċellulari

check-in permezz tat-telefon ċellulari

Issa tista' tkun kompletament mobbli

Uża t-telefon ċellulari tiegħek biex tagħmel check-in waqt li tkun għaddej bl-affarijiet tiegħek

Jekk tgħix ħajja mgħaġġla, mhux dejjem ikun possibbli li ssib il-ħin biex tpoġġi bilqiegħda u tagħmel iċ-check-in

Għalhekk, aħna qegħdin nimpenjaw ruħna biex noffru servizz ta' check-in permezz tat-telefon ċellulari minn fuq dan is-sit u, b'hekk, inkomplu ntejbu s-servizz tagħna hekk kif nimxu 'l quddiem.

Is-sistema tagħna ta’ check-in permezz tat-telefon ċellulari tagħtik iċ-ċans li, mingħajr problemi ta’ xejn, tagħmel check-in  biex tikkonferma l-preżenza tiegħek fuq it-titjira - forsi anki waqt li tkun fi triqtek lejn l-ajruport! Mingħajr ma jkollok bżonn tipprintja xejn, lanqas il-biljett tal-imbarkazzjoni, inti tkun tista' tmur dritt lejn il-kontroll tas-sigurtà u lejn id-destinazzjoni tiegħek

Issa tista' tiffoka fuq l-aktar affarijiet li huma verament importanti - li tgawdi l-vjaġġ tiegħek bis-sħiħ, kemm jekk tkun qiegħed waħdek, mal-familja tiegħek jew mal-ħbieb.

X'għandek tiftakar 

  • Iċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari jkun disponibbli minn 23 siegħa sa sagħtejn qabel il-ħin skedat tat-tluq.
  • Tirriskjax li titlef it-titjira tiegħek. Kun żgur li tagħmel iċ-check-in mill-inqas 45 minuta qabel il-ħin skedat tat-tluq biex tevita r-riskju li l-prenotazzjoni tiegħek titħassar u tiġi kklassifikata bħallikieku ma tfaċċajtx
  • Iċċarġja l-batterija tat-telefon ċellulari tiegħek mill-inqas sagħtejn qabel ma tkun qed tippjana li tużah biex tagħmel iċ-check-in għat-titjira tiegħek. Jekk ma tistax turi l-biljett tal-imbarkazzjoni fuq it-telefon ċellulari tiegħek, dan ikollu jiġu pprintjat mid-desks tas-servizzi tagħna, xi ħaġa li tikkawżalek dewmien.  

Postijiet

Fil-preżent, iċ-check permezz tat-telefon ċellulari huwa disponibbli biss għat-titjiriet kollha tagħna li jitilqu minn Malta ,Catania, Heathrow Londra ,Gatwick Londra , Moska Sheremetyevo 

Bħalissa qegħdin naħdmu biex noffru ċ-check-in minn aktar ajruporti tagħna. Inti tista' tirreġistra għall-MyKM biex tiġi nnotifikat permezz ta' email meta nintroduċu s-servizz aktar 'il quddiem.

Kif jaħdem iċ-Check in permezz tat-telefon ċellulari?

Jekk it-telefon ċellulari jew l-apparat mobbli tiegħek għandu konnessjoni permezz ta' Wi-Fi, GPRS, WAP jew 3G, inti tkun tista' tużah biex tagħmel iċ-check-in. Segwi dawn il-passi faċli

  • Ikklikkja fuq il-buttuna taċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari minn hawn fuq jew mill-paġna prinċipali.
  • Daħħal id-dettalji meħtieġa, inkluż l-isem u l-kunjom tal-passiġġier, in-numru tat-titjira u r-rekord tal-prenotazzjoni (PNR).
  • F'dan l-istadju, inti tista' tiddeċiedi li tbiddel jew tagħżel il-post fejn tpoġġi bilqiegħda.
  • Ma hemmx bżonn li tipprintja l-biljett tal-imbarkazzjoni tiegħek; kulma għandek tagħmel huwa li tippreżenta l-irċevuta diġitali tal-imbarkazzjoni fuq it-telefon ċellulari tiegħek fil-post tal-imbarkazzjoni.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar iċ-check-in permezz tat-telefon ċellulari, tista' żżur il-kategorija ta' għajnuna













Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!