Bagalja tal-Idejn

Il-politika l-ġdida tal-Air Malta dwar il-bagalji tal-idejn tidħol fis-seħħ it-Tnejn 14 ta’ Mejju 2018.

Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tat-tlugħ abbord, jiġi eliminat kwalunwke riskju ta’ dewmien tat-titjira,għas-sigurtà u sabiex jiġu ttrattati b’mod indaqs il-klijenti kollha tagħna, l-Air Malta introduċiet politika ġdida dwar il-bagalji tal-idejn.

F’każ li titjira tkun mimlija jew kważi mimlija, l-ewwel 100 bagalja bir-roti biss (f’każ ta’ A320) jew l-ewwel 80 (fuq A319) mal-gate ser jitħallew fil-kabina, minħabba spazju limitat. Kull bagalja jeħtieġ li tkun konformi mal-politika tagħna dwar il-bagalji tal-idejn filwaqt li tikkonforma mal-piż u mad-dimensjonijiet stipulati sabiex toqgħod fil-lokers ta’ fuq tal-inġenju tal-ajru. Infakkru lill-klijenti tagħna li l-bagalja tal-idejn ewlenija m’għandhiex taqbeż l-10 kg, u għandu jkollha qies massimu ta’ 55x40x20cm. Il-bagalja tal-idejn jeħtieġ li toqgħod fil-postijiet tagħna fejn tiċċekkja tidħolx il-bagalja li wieħed jista’ jsib fi kwalunkwe ajruport.

Wara li l-ewwel 100 bagalja tal-idejn (f’każ ta’ A320) jew l-ewwel 80 (fuq A319) jitqiegħdu fil-kabina, il-bagalji tal-idejn l-oħra kollha li jifdal ser jitqiegħdu fil-parti t’isfel tal-inġenju tal-ajru, bla ħlas, diment li dawn ukoll jissodisfaw il-piż u d-dimensjonijiet approvati kif spjegat hawn fuq. Aħna nħeġġu lill-klijenti tagħna li jixtiequ jżommu l-bagalja tal-idejn tagħhom magħhom, speċjalment waqt titjiriet konnessi mingħajr ħafna ħin bejniethom, biex jistennew għat-tlugħ abbord malajr kemm jista’ jkun.

Bagalja tal-idejn li tkun aktar mill-piż u mid-dimensjonijiet massimi jew basktijiet oħra (eż. basktijiet tal-idejn kbar, basktijiet ta’ wara d-dahar, bagalja tal-idejn oħra eċċ) ser tiġi suġġetta għal ħlas ta’ €80 għal kull bagalja mal-gate tat-tluq li tista’ titħallas biss bil-kard.

Bagalja tal-idejn addizzjonali bħal basktijiet tal-kamera, umbrelel żgħar, cases ta’ netbooks/tablets u portmonijiet li ma jaqbżux 35x20x20cm (jekk jiġi żgurat li dawn joqogħdu faċilment taħt is-sit quddiem) xorta jistgħu jinġiebu abbord.

Il-klijenti li l-bagalja tagħhom titqiegħed fil-parti t’isfel tal-inġenju tal-ajru għandhom ineħħu kwalunkwe ħaġa prezzjuża, mediċini, tagħmir elettroniku jew kwalunkwe oġġett ieħor li jaf ikollhom bżonn waqt it-titjira. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-klijenti mistiedna wkoll isakkru l-bagalja qabel jgħadduha lill-persunal fuq l-art tagħna.

Din il-politika tapplika għall-klijenti kollha tagħna b’biljett Economy fuq it-titjiriet kollha tal-Air Malta, kemm għal ivvjaġġar minn u lejn Malta.

 

 

X'tista' tieħu miegħek fuq it-titjira

Iċċekkja liema bagalja tal-idejn tista' tieħu miegħek fuq l-ajruplan. Jekk ser tkun qed tivvjaġġa b'bagalja tal-idejn biss, agħmel iċ-check-in online ħalli tiffranka l-ħin mill-kju fl-ajruport!

Kemm tista' ttella' miegħek?

L-istess bħall-bagalja rreġistrata, l-ammont ta' bagalja tal-idejn li tista' tieħu miegħek jiddependi fuq il-klassi tal-ivvjaġġar tal-biljett tiegħek.


Travel Class 
Maximum Dimensions 
Maximum Weight allowed 
Club Malta
20 ċm x 40 ċm x 55 ċm
15-il kg kull persuna
Economy
20 ċm x 40 ċm x 55 ċm
10 kg kull persuna

Sakemm il-bagalja tal-idejn tiegħek tkun konformi mal-qisien imsemmija fuq, hija tista' tkun fi kwalunkwe forma, kemm jekk basket li jintlibes wara d-dahar, basket li jinġarr fuq l-ispalla jew valliġġa żgħira bir-roti.


Kwalunkwe bagalja tal-idejn li taqbeż dawn il-qisien ma tiġix aċċettata bħala bagalja tal-idejn, u tiġi tgħodd mal-allokazzjoni tal-bagalja rreġistrata tiegħek.

Bagalji tal-kabina b'piż żejjed sejrin jiġu rrifjutati fil-post tal-imbarkazzjoni, jew fejn disponibbli, u sejrin jitpoġġew fl-istiva tal-inġenju tal-ajru u tiġi imposta r-rata applikabbli. It-tariffi applikabbli ta' bagalja b'piż Eċċessiv għal bagalji tal-kabina b'piż żejjed li jiġu rrifjutati fil-Post tal-Imbarkazzjoni għandhom jitħallsu biss permezz ta' karta tal-kreditu, u ma jiġi aċċettat l-ebda ħlas fi flus kontanti. Jekk m'intix ċert/a, iċċekkja mad-desk fejn Tħalli l-Bagalja qabel tgħaddi mill-proċess tas-sigurtà, fejn se tingħata parir jekk it-tariffi humiex applikabbli.

 

Affarijiet oħrajn li tista' tieħu abbord

Minbarra l-piż permessibbli għall-bagalja tal-idejn, għandek ukoll il-permess li tieħu miegħek ċerti oġġetti fuq it-titjira. Dawn jinkludu kameras, umbrelel żgħar, netbooks/tablets u portmonijiet. Madankollu, ir-regolamenti jistgħu jvarjaw fl-ajruport, għalhekk, inti forsi tkun tixtieq tippakkja dawn l-affarijiet fil-bagalja tal-idejn prinċipali tiegħek jew kun ippreparat li tagħmel dan meta tasal fl-ajruport.


Biex titgħallem aktar dwar il-ġarr ta' affarijiet bħal apparat għat-tfal u strumenti mużikali fil-kabina, jekk jogħġbok żur is-Sezzjoni dwar il-Bagalji Speċjali.

X'mhuwiex permess bħala bagalja tal-idejn?

Minħabba r-regolamenti internazzjonali, hemm xi restrizzjonijiet fuq x'tista' tippakkja fil-bagalja tal-idejn tiegħek. Pereżempju, strettament mhuwiex permess li ġġorr munizzjon u armi tan-nar fil-bagalja tal-idejn tiegħek.

Jekk tixtieq tara l-politiki tagħna dwar il-bagalji, jekk jogħġbok żur il-kategorija dwar ir-Restrizzjonijiet fuq il-Bagalji hawnhekk


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!