It-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Bagalji b'Piż Żejjed


F'dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet: "Inti", "Tiegħek" u “Inti stess” jirreferu għall-utent ta' din il-websajt li xtara jew li qiegħed ifittex biex jixtri vawċer għal bagalji b'piż żejjed minn fuq din il-websajt. “Air Malta” tfisser Air Malta p.l.c (kumpanija rreġistrata f'Malta bin-numru tar-reġistrazzjoni C-2685) fl-indirizz: Head Office, Aviation Park, Luqa LQA 9023, Malta.

  1. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jinxtara għat-titjira li fuqha jkun ibbukkjat il-passiġġier. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jinxtara speċifikament minnek sabiex tużah fuq it-titjira u fid-data indikati minnek fuq din il-formola online għal vawċer għal bagalja b'piż żejjed. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa validu biss biex jintuża fuq it-titjira u fid-data indikati fuq il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed.

  2. Il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa soġġett għal rifużjoni f'każ li l-Air Malta tonqos milli tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali stipulat fil-vawċer tiegħek għal bagalja b'piż żejjed (inkluż jekk l-Air Malta tonqos milli topera t-titjira li magħha huwa relatat il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed); bil-kundizzjoni li tali nuqqas mill-Air Malta milli tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali ma jkunx dovut għal xi żball imwettaq minnek stess.

  3. Huwa importanti li l-vawċer għal bagalja b'piż żejjed jiġi ppreżentat minnek waqt iċ-check-in fl-ajruport, minħabba li l-vawċer għal bagalja b'piż żejjed huwa l-uniku mezz disponibbli għall-Air Malta sabiex tivverifika x-xiri online tiegħek minn fuq din il-websajt. Jekk il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed ma jiġix ippreżentat fiċ-check-in, allura l-Air Malta ma jifdallhiex għażla oħra ħlief li titolbok tħallas ir-rata applikabbli għax-xiri tal-piż żejjed fl-ajruport, sakemm ma tippreżentax fiċ-check-in xi dokument ieħor suffiċjenti u raġonevoli li jista' jservi ta' evidenza tal-vawċer mixtri minnek bl-internet.

  4. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt statutorju applikabbli għall-konsumaturi.

  5. Il-piż massimu għal kull bagalja li tinġarr mill-Air Malta ma għandux ikun ta' aktar minn 32 Kilogramma.

  6. Il-vawċers għal bagalja b'piż żejjed jistgħu jinxtraw bl-internet minn fuq din il-websajt sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira tiegħek.

  7. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tvarja, timmodifika, tħassar jew iżżid ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin u mingħajr notifika minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet sabiex tiżgura li tkun taf bi kwalunkwe bidla li ssir. Kull bidla li ssir f'dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet ma taffettwax it-termini u l-kundizzjonijiet tal-vawċer għal bagalja b'piż żejjed diġà mixtri minnek.

  8. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tbiddel ir-rati/il-prezzijiet għall-piż żejjed mixtri bl-internet u/jew ir-rati/il-prezzijiet għall-piż żejjed mixtri fl-ajruport, fi kwalunkwe ħin u mingħajr notifika minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn ir-rati sabiex tiżgura li tkun taf bi kwalunkwe bidla li ssir. Kull bidla li ssir f'dawn ir-rati/il-prezzijiet ma taffettwax il-vawċer għal bagalja b'piż żejjed diġà mixtri minnek.

  9. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandhom jiġu rregolati, analizzati, infurzati u interpretati skont il-Liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja u/jew pretensjoni li tirriżulta minn jew b'konnessjoni ma' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.

  10. Il-bagalji kollha jinġarru skont il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta huma parti integrali minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet minnek timplika li qed taċċetta l-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta.

  11. It-termini u l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-websajt huma parti integrali minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet minnek timplika li qed taċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-Użu tal-Websajt tal-Air Malta.

  12. Jekk jiġi stabbilit li xi parti minn dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet hija invalida jew mhux infurzabbli skont il-liġi applikabbli, dik id-dispożizzjoni invalida jew mhux infurzabbli titqies bħala li tista' tiġi sostitwita minn dispożizzjoni valida u infurzabbli li tkun taqbel l-aktar mal-intenzjoni tad-dispożizzjoni oriġinali, filwaqt li l-bqija ta' dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għandhom jibqgħu validi u fis-seħħ.

Aħna nirrakkomandawlek tipprintja dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet għar-rekords tiegħek.
Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet ġew immodifikati l-aħħar fil-21 ta' Novembru 2011.








Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!