Aħdem magħna

Il-karriera li għandhom jagħżlu dawk b'ambizzjonijiet kbar

Il-Kultura tagħna

In-nies li jaħdmu mal-Air Malta huma impenjati li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vjaġġaturi tal-lum u jirrappreżentaw l-ispirtu Malti fl-aqwa tiegħu.

Aħna ppassjonati sabiex ngħinu lill-klijenti tagħna jimmassimizzaw iż-żmien li jqattgħu fil-kumpanija tagħna u fil-Gżejjer Maltin, kemm jekk bħala viżitaturi jew bħala residenti.

Bħala tim, aħna naħdmu sabiex inħeġġu lill-viżitaturi jiskopru d-diversità rikka ta' Malta, li tabilħaqq hija meqjusa bħala destinazzjoni Mediterranja unika. Aħna nittamaw li l-introduzzjoni tagħna għal Malta tħeġġiġhom biex jerġgħu jiġu jżuruna, jagħmlu skoperti ġodda u jkomplu jiffamiljarizzaw ruħhom ma' Malta u mal-poplu tagħha ma' kull żjara li jagħmlu.

Aħna nagħmlu dan billi nagħtu merħba kordjali lill-viżitaturi u nipprovdu servizz iddedikat minn dak il-mument li jikklikkjaw fuq il-websajt tagħna sakemm jaslu lura f'pajjiżhom wara żjara pjaċevoli u sodisfaċenti.

Jekk tidħol taħdem mal-Air Malta, inti tkun parti minn tim magħqud u impenjat u jkollok irwol sinjifikanti fil-kisba tal-viżjoni tagħna li nkunu rikonoxxuti bħala kumpanija tal-ajru ewlenija fuq skala internazzjonali.


Il-ħajja fl-Air Malta

L-aqwa riżorsi li għandna fl-Air Malta huma l-impjegati tagħna, billi dawn huma l-ambaxxaturi tal-kumpanija tal-ajru tagħna u tal-Gżejjer Maltin. 

Aħna qegħdin infittxu li noħolqu ambjent tax-xogħol li jkun pjaċevoli u produttiv u li jipprovdi lil dawk li jirnexxu f'xogħolhom b'opportunitajiet li jkomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom.

Skont ir-rwol li jkollok fl-Air Malta, dawn huma wħud mill-benefiċċji li tista' tistenna:

  • wieħed mill-aqwa ċentri kummerċjali f'Malta, li jinsab fi Skyparks, jew b'mod alternattiv, fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li huwa wieħed mill-aqwa ajruporti reġjonali tal-Ewropa
  • ittejjeb il-ħiliet tiegħek permezz ta' programmi ta' mentoring u taħriġ fuq ix-xogħol
  • tkun tista' tarrikkixxi l-komunità lokali permezz ta' involviment fil-programm tagħna ta' responsabbiltà soċjali korporattiva
  • tgawdi benefiċċji fl-ivvjaġġar fuq in-netwerk ta' titjiriet tal-Air Malta u ma' xi msieħba interlineari
Impjieg magħna

L-industrija tal-kumpaniji tal-ajru hija kompetittiva ħafna u l-kumpanija Air Malta tilqa' ħaddiema beżlin, innovattivi u orjentati lejn is-servizz sabiex tibqa' fuq quddiemnett. Impjieg mal-kumpanija tagħna joffrilek opportunitajiet eċċezzjonali sabiex tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mill-abbiltajiet tiegħek u tiżviluppa l-karriera tiegħek fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma li ġejjin:

  • Il-Ground Handling
  • L-Inġinerija 
  • L-Immaniġġjar tal-Passiġġieri
  • L-Ekwipaġġ tat-Titjira
  • L-Ekwipaġġ tal-Kabina
  • Il-Bejgħ, il-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ġestjoni tad-Dħul
  • L-Operazzjonijiet Kummerċjali
  • Il-Finanzi
  • Ir-Riżorsi Umani
  • L-Operazzjonijiet tat-Titjiriet
  • It-Teknoloġija tal-Informatika
  • Il-Ġestjoni tal-Proġetti
Kif Tapplika

L-Air Malta ssegwi l-proċess ta' reklutaġġ standard tal-kumpaniji pubbliċi Maltin kollha, li jassigura li l-ħatriet kollha jiġu kkunsidrati b'mod trasparenti u ġust abbażi tal-mertu. Din li ġejja hija ħarsa ġenerali lejn il-proċess tar-reklutaġġ tagħna: 

  1. Meta tinħoloq pożizzjoni ġdida jew tiġi vakanti pożizzjoni preċedenti, l-Air Malta toħroġ sejħa interna għall-applikazzjonijiet sabiex tidentifika kandidat xieraq fi ħdan il-kumpanija.
  2. Jekk il-pożizzjoni ma timteliex, l-Air Malta tirreġistra l-pożizzjoni mal-ETC (il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ), li min-naħa tagħha tippromwovi l-post tax-xogħol battal mad-database tagħha ta' persuni li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol.
  3. L-aħħar pass jinkludi l-promozzjoni tal-post tax-xogħol battal fuq l-internet, fuq il-gazzetti u permezz ta' numru ta' aġenziji tar-reklutaġġ ta' fiduċja.

Ladarba jiġu identifikati l-applikanti prospettivi permezz ta' waħda mill-proċeduri msemmija hawn fuq, l-applikanti jiġu intervistati minn membru mit-tim tar-riżorsi umani, kif ukoll mill-maniġers tad-dipartiment u tat-taqsima rilevanti. 

Opportunitajiet Disponibbli

Fil-preżent, ma hemm ebda post tax-xogħol battal disponibbli fuq il-websajt tagħna. Jekk jogħġbok irreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mal-ETC jekk tixtieq tiġi nnotifikat b'postijiet tax-xogħol battala mal-Air Malta li jkunu addattati għal-livell ta' esperjenza u l-kwalifiki tiegħek.

Tista' wkoll tirreġistra l-interess tiegħek magħna billi tibgħat is-CV tiegħek permezz ta' email lit-tim tar-reklutaġġ tagħna.










Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
Bagalja inklużi b'xejn
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!