Opportunità oħra biex 'Tistieden lil Sħabek u Tirbaħ' mal-Air Malta

L-Air Malta għal darb'oħra qiegħda tagħti l-opportunità lill-klijenti tagħha biex jivjaġġaw flimkien ma' żewġt iħbieb b'xejn. Il-kompetizzjoni bdiet nhar il-ħamis, 18 ta' April, u ser tibqa' għaddejja sa nofsinhar tas-16 ta' Mejju 2013. 

Il-parteċipanti jistgħu jistiednu sa żewġt iħbieb biex ikunu jistgħu jieħdu sehem. Ser jintgħażlu tliet rebbieħa wara d-data tal-għeluq. Kull parteċipant rebbieħ ser jiġi mistoqsi domanda sempliċi u jista' mbagħad jagħżel tnejn mill-ħbieb tiegħu fuq Facebook biex jivvjaġġaw lejn kull destinazzjoni skedata tal-Air Malta. Il-biljetti tal-ajru huma validi għall-Ivvjaġġar matul il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-tmiem ta' Mejju 2014 b'perjodu magħluq bejn il-Milied 2013 u l-Għid 2014. M'hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta' ħbieb li wieħed jista' jistieden. Aktar ma tistieden ħbieb, aktar għandek ċans li tirbaħ. Japplikaw ċerti termini u kundizzjonijiet.

Il-parteċipanti kull m'għandhom jagħmlu hu li jidħlu fuq www.facebook.com/airmalta, jikklikkjaw fuq it-tab tal-kompetizzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!