L-Air Malta tilqa’ koppja wara l-mitt titjira tagħhom lejn Malta

Settembru 19, 2015

Data: Is-Sibt, 19 ta’ Settembru 2015
Ref: 062 - 2015 MT

Terrie Visser u r-raġel tagħha, koppja Maltija-Olandiża mill-Pajjiżi l-Baxxi, huma fost l-aqwa ambaxxaturi għall-Air Malta wara li vvjaġġaw mal-Air Malta fil-mitt titjira tagħhom minn Amsterdam nhar il-Ħamis li għadda, 17 ta’ Settembru.

Il-koppja Visser ilha tivvjaġġa lejn Malta mill-ajruport ta’ Amsterdam Schiphol għal dawn l-aħħar 33 sena u dan kien ir-raba’ vjaġġ tagħhom lejn il-Gżejjer Maltin din is-sena. 

L-Air Malta tat sorpriża lill-koppja mat-tluq tat-titjira KM 397 minn Amsterdam billi organizzat upgrade kumplimentari għal Business Class u laqgħethom Malta mal-wasla tagħhom. 

L-Air Malta tixtieq lill-koppja Visser soġġorn mill-isbaħ u tistenna bil-ħerqa li terġa’ tilqagħhom abbord fil-futur qarib.

-tmiem-


Ritratt li juri lis-Sur u lis-Sinjura Visser milqugħin mis-Sinjura Alison Casha mit-Taqsima Kummerċjali tal-linja tal-ajru. Fjuri ġentilment mogħtija minn Romano Cassar Florists. Ritratt: Jason Muscat / Air Malta.

1