L-Air Malta Ser Tiftaħ it-Tieni Rotta fl-Alġerija

Frar 18, 2015

Date: L-Erbgħa, it-18 ta’ Frar 2015
Ref: 007-2015 MT


L-Air Malta, il-Linja tal-Ajru Nazzjonali ta’ Malta, qed tippjana li tiftaħ rotta ġdida lejn Oran, it-tieni l-ikbar belt fl-Alġerija. It-titjira li ser issir darbtejn f’ġimgħa hija mistennija topera kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis mill-20 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu. 

Meta ntalab jikkummenta fuq dawn is-servizzi l-ġodda, Joseph Galea, id-Deputat Kap Uffiċjal Kummerċjali, qal, “Din hija aħbar tajba oħra kemm għal Malta kif ukoll għall-Alġerija. Bdejna ntiru lejn il-belt kapitali tal-Alġerija, Alġiers, f’Ġunju tal-2013 u, wara r-rispons pożittiv li rċivejna, issa ħerqanin sabiex nibdew bl-operat lejn Oran. Il-belt hija port importanti u ċ-ċentru kummerċjali, industrijali u edukattiv tal-Punent tal-Alġerija.”

Dan is-servizz ser ikompli jżid mat-titjiriet li diġà jsiru darbtejn fil-ġimgħa lejn Alġiers u li issa ser jitilgħu għal tliet darbiet fil-ġimgħa matul l-eqqel xhur tas-sajf malli jintemm ir-Ramadan. Dan is-sajf, it-titjiriet lejn Alġiers ser joperaw kull nhar ta’ Tnejn, Ħamis u Ħadd.

 Il-belt ta’ Oran, Algerija (Sors: www.oran.ambafrance-dz.org)  


It-titjiriet tal-Air Malta kemm lejn Alġiers kif ukoll lejn Oran ser joffru konnettività tassew meħtieġa bejn iż-żewġ pajjiżi u l-Ewropa ċentrali permezz ta’ Malta. 

Oran hija ċ-ċentru kummerċjali, industrijali, u edukattiv fil-Punent tal-Alġerija. Hija belt prinċipali fuq il-kosta tal-Majistral tal-Mediterran u tinsab 432 kilometru (268 mil) mill-kapital Algiers. Il-belt għandha popolazzjoni fl-arja metropolitana ta' madwar miljun u nofs abitant u hija għalhekk it-tieni l-akbar belt fl-Alġerija.

L-Air Malta ħatret lil Soleil Voyages bħala l-Aġent tal-Bejgħ Ġenerali tagħha għall-Alġerija fl-1 ta’ Diċembru 2014. Soleil Voyages huma sostnuti minn netwerk ta’ aġenti lokali tal-ivvjaġġar li ser ikunu qegħdin ibigħu lill-Air Malta u lil Malta madwar il-pajjiż kollu. 

L-iskeda tat-titjiriet tal-Air Malta lejn l-Alġerija hija kif ġej:

Skeda tat-Titjiriet Malta - Oran – Malta:

It-Tnejn

KM826  tluq  Malta  0855hrs  wsl  Oran    1010hrs  
KM827  tluq  Oran  1110hrs wsl Malta   1425hrs  

Il-Ħamis

 KM826  tluq  Malta  0625hrs    wsl Oran   0740hrs
 KM827 tluq   Oran  0840hrs   wsl   Malta  1155hrs 

Skeda tat-Titjiriet Malta - Alġiers – Malta:

It-Tnejn
KM824  tluq  Malta  0030hrs  wsl   Alġiers 0120hrs   
KM825 tluq Alġiers 0220hrs wsl  Malta 0500hrs  

Il-Ħamis

KM824  tluq  Malta  0030hrs  wsl   Alġiers   0120hrs 
KM825  tluq Alġiers 0220hrs wsl  Malta  0500hrs


Il-Ħadd (19 ta’ Lulju – 13 ta’ Settembru)
 KM824 tluq  Malta   0030hrs  wsl Alġiers  0120hrs  
 KM825 tluq   Alġiers  0220hrs  wsl  Malta  0500hrs  


 Il-konferenza stampa tal-Air Malta sabiex thabbar it-tieni rotta lejn l-Algerija. (Mix-xellug is-sur Reda Benyounes min Soleil Voyages, il-General Sales Agents tal-Air Malta, is-sur Anthony Dalli, Air Malta’s Area Manager - North Africa, u is-sur Robert Falzon, Konslu Malti gewwa l-Algeria).

 

1