Jingħata Bidu għas-Sejl tas-Seats tal-Air Malta – Jitnieda Skont ta’ 20 %

Ottubru 17, 2013

Data: It-tnejn 17 ta’ Ottubru 2013
Rif: 080-2013


L-Air Malta għadha kif nediet kampanja li toffri 20 % skont fuq it-titjiriet lejn/minn Malta, ir-Russja u l-Ġermanja. Dan is-sejl, li jiftaħ nhar it-Tnejn, 21 ta’ Ottubru 2013, ser ikun disponibbli għal 13-il jum sa nhar is-Sibt, 2 ta’ Novembru sal-23.59 pm, ħin ta’ Malta.

Il-biljetti li jinxtraw permezz ta’ din l-offerta huma validi għal vjaġġ bejn il-11 ta’ Novembru 2013 u t-30 ta’ Ġunju 2014 ħlief għall-perjodu bejn is-26 ta’ Diċembru 2013 u l-5 ta’ Jannar 2014. Din l-offerta hija disponibbli għar-rotot tal-linja tal-ajru ta’ Moska (Sheremetyevo u Domodedovo), San Pietruburgu, Frankfurt, Munich, Dusseldorf, Hamburg and Berlin.

L-Air Malta żżomm l-impenn tagħha li toffri valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini tal-klassi economy kif ukoll business. Il-linja tal-ajru toffri allowance mingħajr ħlas ta’ bagalja tal-idejn waħda ta’ 10 kg u allowance mingħajr ħlas ta’ 20 kg għal bagalji li jista’ jinqasam, lill-passiġġieri tal-klassi economy. Il-passiġġieri Club Class jingħataw allowance ta’ żewġ bagalji tal-idejn għal piż totali ta’ 15 kgs flimkien ma’ allowance tal-bagalji ta’ 30 kgs.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi żżur il-websajt tal-Air Malta.


 

1