Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni ‘All you can fly’ tal-AMITEX mħabbar

April 27, 2015

Data: It-Tnejn 27 t’April, 2015
Ref: 022-2015 MT


Is-Sur Mario Pace mir-Rabat, Malta huwa r-rebbieħ tal-kompetizzjoni "All you can fly" organizzata mill-Air Malta.

Din il-kompetizzjoni, li tat ċ-ċans lil-parteċipanti li jirbħu biljetti bla limitu mingħajr ħlas fuq titjiriet f’Ġunju fuq id-destinazzjonijiet tal-Air Malta, kienet miftuħa għal dawk li jżuru stand tal-linja tal-ajru fl-entratura tal-AMITEX, il-fiera annwali tal-ivjaġġar.

"Din hija l-ewwel darba li organizzajna kompetizzjoni simili. Is-Sur Pace huwa vjaġġatur regolari u ninsabu kuntenti li hu rebaħ din l-opportunità ta’ darba fil-ħajja. L-Air Malta hi kumpanija dinamika u innovattiva fil-promozzjonijiet tiegħha li jilħqu u anke jeċċedu, l-aspettattivi tal-klijenti tagħha. L-intenzjoni tagħna hi li nkomplu norganizzaw kompetizzjonijiet simili u nistiednu lill-klijenti tagħna biex jissieħbu mal-paġna tagħna ta’ Facebook għal aktar informazzjoni dwar inizjattivi simili," qalet Ursula Silling, Chief Commercial Officer tal-Air Malta.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tal-Air Malta wieħed jista’ jżur is-sit tal-Air Malta, jċempel l-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fuq +356 21662211 jew idħol www.facebook.com/AirMalta.

 


L-istampa turi lis-Sur Mario Pace jiġu ppreżentati bil vawċer tal-ivvjaġġar tiegħu minn Ursula Silling, Chief Commercial Officer tal-Air Malta. (Ritratt: Jason Muscat)

 

1