L-Air Malta Tniedi Take-Off Bundle

Frar 11, 2015

Data: L-Erbgħa, 11 ta’ Frar 2015
Ref: 003-2015 MT


L-Air Malta għadha kif nediet it-Take-off Bundle tagħha, prodott carnet immirat għal vjaġġaturi individwali li jivjaġġjaw ta’ spiss fuq ir-rotot Taljani tagħha. 

Permezz ta’ dan il-prodott, l-Air Malta qiegħda tagħti lill-klijenti l-opportunità li jixtru lott ta’ sitt biljetti b’titjira ta’ ritorn miftuħa lejn Katanja, Ruma jew Milan bi prezz skontat minn qabel. Il-flessibbiltà li qiegħda tiġi offruta b’dan il-prodott ser tippermetti lill-klijenti jibbukkjaw il-biljetti miftuħin tagħhom sa 72 siegħa qabel it-tluq tat-titjira u jibdlu biljetti Carnet diġà maħruġin mingħajr ebda ħlas għal ibbukkjar mill-ġdid. Il-klijenti jistgħu jagħżlu wkoll il-postijiet ippreferuti tagħhom meta jibbukkjaw u jibbenefikaw minn vawċers bi skont għal bagalja b’piż żejjed.



Wara t-tnedija ta’ dan il-prodott, Joe Galea, il-Viċi Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Ninsabu kuntenti llum li qegħdin inniedu l-prodott Take-Off Bundle, prodott innovattiv ieħor maħsub għall-passiġġieri tagħna li jivjaġġaw ta’ spiss. Il-vjaġġaturi li jsifru ta’ spiss tagħna talbu għal prodott li jgħinhom jibbaġitjaw l-ispejjeż tal-ivjaġġar tagħhom filwaqt li joffrilhom flessibbiltà u serħan il-moħħ. Nedejna dan il-prodott fuq ir-rotot Taljani tagħna, iżda beħsiebna nestenduh għal destinazzjonijiet oħrajn fil-futur qarib.” 


Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn


 

1