L-Air Malta Preżenti fl-Attivitajiet Għall-Istudenti l-Ġodda Ġewwa l-Università u l-MCAST

Ottubru 5, 2016

Data: L-Erbgħa 5 t’Ottubru, 2016 
Ref: 071 - 2016 MT 

L-ivjaġġar għal skopijiet ta’ studju qatt ma kien daqshekk rħis wara t-tnedija tal-offerta tal-Air Malta għall-istudenti. Din l-offerta, li tintitola l-istudenti għal total ta' 50kg ta' bagalji b'xejn, anke meta wieħed jivvjaġġa fuq l-orħas nollijiet tal-kumpanija, ġie promoss waqt attivitajiet tal-għall-istudenti l-ġodda li qed jiġu organizzati fl-Università ta' Malta u fl-MCAST. 

Impjegati tal-Air Malta preżenti f’dawn l-attivitajiet spjegaw il-vantaġġi ta' din l-offerta u wrew lill-istudenti pass pass dwar kif wieħed jista' japplika online. L-impjegati tal-linja tal-ajru spjegaw wkoll l-iskeda tat-titjira tal-linja tal-ajru u n-netwerk tar-rotot filwaqt li qassmu mouse mats tal-kumpanija, sun visors, pinen u stickers. 

Din il-promozzjoni ntlaqat tajjeb ħafna mill-istudenti. Fl-aħħar ġimgħatejn, wara t-tnedija ta' din l-offerta, l-linja tal-ajru rċieviet diversi applikazzjonijiet. 

Din l-offerta hija disponibbli għall-istudenti kollha li bħalissa qed isegwu programm edukattiv full-time f'Malta jew barra minn Malta. Biex jirreġistraw għall din l-offerta l-istudenti huma mistiedna jżuru http://www.airmalta.com/we-care-more/student-s-offer-extra-bag-of-checked-in-luggage u jimlew formula online tal-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel ma jivvjaġġaw.


Ritratt: Jason Muscat / Air Malta.

1