Ġunju 30, 2016
Data: Il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju 2016
Ref: 045 - 2016 MT
Ref: 045 - 2016 MT
L-Air Malta ser tkun qed tgħin lill-Inspire waqt ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Waqt dawn ix-xhur, il-membri tal-ekwipaġġ tal-Air Malta ser ikunu qed jiġbru l-fondi abbord it-tijiriet tal-linja tal-ajru għal din il-kawża.
Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u għall-inklużjoni. Il-missjoni tagħha hija li tipprova tgħin lil kulħadd b’diżabilità jilħaq dan billi tipprovdi servizzi edukattivi, ta’ terapija u ta’ rikreazzjoni lill-individwi u lill-familji tagħhom. Inspire tippromwovi wkoll l-inklużjoni, teduka lill-pubbliku ġenerali, tqajjem għarfien bejn il-pari, u għandha l-aħjar bażi ta’ għarfien dwar id-diżabilità fuq il-gżira.
“Illum, Inspire tgħin lil aktar minn 1000 individwu b’diversi diżabilitajiet li jvarjaw minn Down Syndrome, Awtiżmu, Cerebral Palsy u diffikultajiet fit-tagħlim bħad-dyslexia u d-dyscalculia. Aħna nagħmlu dan permezz ta’ ħafna servizzi u programmi ta’ diżabilità li huma offruti b’rata ssussidjata ħafna u kultant anke mingħajr ħlas. Imma dan huwa possibbli biss grazzi għad-donazzjonijiet volontarji miġbura mingħand il-pubbliku ġenerali,” spjega Antonello Gauci – is-CEO ta’ Inspire.
Ursula Silling, il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta qalet, “Kull sena l-Air Malta torganizza numru ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi abbord it-titjiriet tagħha sabiex tgħin lill-għaqdiet lokali jiġbru l-fondi. Ix-xogħol ta’ Inspire huwa ta’ min ifaħħru u l-linja tal-ajru nazzjonali hija kburija li għandha l-opportunità li għal darba oħra tappoġġja lil din l-organizzazzjoni. Flimkien mal-appoġġ tal-klijenti tagħna aħna għandna l-għan li nkomplu ngħinu lill-Inspire fix-xogħol iebes tagħha fost dawk li huma fil-bżonn.”
Din il-kampanja tifforma wkoll parti mill-inizjattivi tar-Responsabilità Soċjali Korporattiva tal-Air Malta fejn il-linja tal-ajru tappoġġja organizzazzjonijiet li jaħdmu ħafna fil-komunità Maltija. Bħala l-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta hija l-unika linja li ttir minn Malta li tappoġġja lil-komunità lokali bis-sħiħ b’kull mod possibbli u kull sena ġġorr numru dejjem jiżdied ta’ każijiet mediċi, inkluż persuni fuq stretcher għal kura barra minn Malta. L-ebda linja tal-ajru oħra li topera lejn Malta ma tipprovdi appoġġ kontinwu lill-organizzazzjonijiet volontarji u mhux governativi bħall-Air Malta.
Din l-inizjattiva qiegħda tiġi appoġġjata wkoll minn Sky Gourmet, il-fornitur tal-catering tal-linja tal-ajru.