L-Air Malta titlob lil agent Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga

Ġunju 16, 2016

Date: Il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju 2016
Ref: 046 - 2016 MT


L-Air Malta bagħtet ittra fil-15 ta’ Ġunju 2016 lil agent Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga allegazzjonijiet serji li saru mil-Kaptan Domenic Azzopardi waqt laqgħa li kellu mal-Kap tal-Oppozizzjoni fl-10 ta’ Ġunju. Dawn l-allegazzjonijiet fuq is-servizzi tal-ġarr tal-merkanzija tal-Air Malta gew irrapurtati fil-mezzi tax-xandir lokali u f’certi sezzjonijiet tal-midja fejn ġie kkwotat li qal, “Rridu nsiru nafu li n-nies li jużaw is-servizz qed iħallsu għalih. Hemm €200 miljun fi dħul. Xi wħud mhux qed jħallsu għas-servizz li qed jieħdu. L-ajruplani huma dejjem mimlija bil-merkanzija. Fejn qed jmorru l-flus?"


Dawn l-allegazzjonijiet la ġew sostanzjati u lanqas irtirati mill-kaptan Azzopardi.


Il-Kumpanija tiċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet bħala infondati u maħsuba biex itappnu r-reputazzjoni tal-Kumpanija u tal-impjegati tagħha.


Il-Kumpanija tirriserva li tieħu passi ulterjuri skond ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet.
1