Aħbar Tajba għall-klijenti tal-Air Malta – Il-linja tal-ajru testendi s-Sale tax-Xitwa

Mejju 27, 2016

Data: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Mejju 2016
Ref: 040-2016 MT

L-Air Malta qed testendi s-Sale tax-Xitwa b’17 is-siegħa oħra. Ir-roħs promozzjonali għal perjodu limitat fuq titjiriet li jibdew minn prezzijiet li jibdew minn 35 euro f’direzzjoni waħda, inklużi t-taxxi u tariffi oħra, ser jigi estiz sas-Sibt, 28 ta’ Mejju sal-11:59 ta’ filgħaxija. F’dan is-Sale qed jingħata skont fuq 22 destinazzjoni għal vjaġġi bejn il-21 ta’ Settembru 2016 u s-26 ta’ Marzu 2017.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, miċ-ċentru tat-telefonati fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Il-promozzjoni tal-Air Malta hija disponibbli fuq titjiriet minn/lejn Amsterdam, Berlin, Brussell, Catania, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Hamburg, London Gatwick, London Heathrow, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Palermo, Pariġi, Praga, Ruma, Vjenna u Zurich. Il-prezzijiet tal-bidu jvarjaw skont id-destinazzjoni. 

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. Jistgħu japplikaw termini u kundizzjonijiet. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew idħol fuq www.facebook.com/AirMalta .

L-Air Malta topera skeda ta’ titjiriet b’ħinijiet konvenjenti lejn/minn ajruporti fi bliet ewlenin, u toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta’ titjiriet affidabbli. Il-linja tal-ajru Maltija żżomm sħiħ mal-impenn tagħha li toffri prezzijiet li jagħtu valur għall-flus u servizz superjuri kemm fil-kabini tal-klassi ekonomika kif ukoll fil-business class. 

Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-konsumaturi konċessjoni b’xejn ta’ bagalja tal-idejn ta’ 10kg u bagalja waħda b’xejn ta’ 20 kg anki fuq l-orħos tariffa “Simply Fly”. 

Il-passiġġieri fil-Business Class jingħataw konċessjoni ta’ żewġ biċċiet bagalji tal-idejn għal piż totali ta’ 15-il kg u sa biċċtejn bagalji (massimu ta’ 64 kg) għall-klijenti ‘Business Anytime’.

-tmiem-
1