Bassar min sejjer jirbaħ il-logħob tal-futbol biex tirbaħ titjiriet u skontijiet mal-Air Malta

Ġunju 12, 2014

Data: Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2014
Ref: 057-2014 MT

L-Air Malta qiegħda tagħti diversi skontijiet u zewg titjiriet b’xejn permezz tal-app tat-Tazza tad-Dinja fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha lil kull min jipparteċipa u jirbaħ. 

“Hekk kif beda joqrob il-logħob tat-Tazza tad-Dinja, dħalna fl-ispirtu tal-futbol u ridna nagħtu lis-segwaċi tagħna l-opportunità li jaqsmu d-divertiment u jirbħu premju,” qal l-Uffiċjal Kap Kummerċjali, Philip Saunders. 

L-app jippermetti lis-segwaċi jaqtgħu r-rebbieħa tal-logħob tal-futbol li jkun ser isir dakinhar. Jekk l-utenti jaqtgħu, il-parteċipanti jirħbu 25% skont għal titjira. Jekk le, xorta ser jingħataw skont ta’ 10% talli jipparteċipaw. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Il-parteċipanti ser ikollhom ukoll opportunità ta’ darba biex jaqtgħu min ser jirbaħ il-finali tat-Tazza tad-Dinja FIFA 2014 u jidħlu fiċ-ċans li jirbħu l-premju finali ta’ żewġ titjiriet b’ritorn (eskluż it-taxxi u t-tariffi) għal rebbieħ ixxurtjat lejn destinazzjoni tal-Air Malta tal-għażla tiegħu. Wieħed għandu ċans ibassar it-team rebbieħ sakemm jispiċċa l-ewwel rawnd ta’ logħob.

Il-paġna tal-Air Malta għandha aktar minn 75,000 segwaċi fuq Facebook u tipprovdi lill-fans tagħha madwar id-dinja b’informazzjoni u aħbarijiet regolari dwar Malta u destinazzjonijiet oħra tal-Air Malta.

1