L-Air Malta ser terġa’ tibda ttir lejn Algiers

Jannar 21, 2014

Data:   It-Tlieta, 21 ta’ Jannar 2014
Rif:      006-2014 MT

L-Air Malta ser terġa’ tibda t-titjiriet tagħha lejn Algiers fl-19 ta’ Marzu, wara r-riżultati inkoraġġanti tal-inizjattiva tas-sajf li għadda lejn il-kapitali Alġerina.

It-titjiriet ser isegwu skeda ta’ darbtejn f’ġimgħa, kull nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis, is-Sajf kollu. Filwaqt li tappoġġja u tippromwovi r-rabtiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, l-operazzjoni tal-Air Malta ser tistimula l-moviment tat-turiżmu bejn iż-żewġ direzzjonijiet. Din l-iskeda hija mfassla biex toffri wkoll konnettività lejn u mid-destinazzjonijiet tal-Air Malta lil hinn Malta lejn iż-żewġ direzzjonijiet.

L-Alġerija hija l-akbar pajjiż fl-Afrika u dalwaqt ser ikollha konsulat ġenerali Malti li ser joffri faċilitajiet ta’ viża effiċjenti.

L-iskeda ser tkun kif ġej:

Jum

Tluq Malta

Wasla Alġerija

Tluq Alġerija

Wasla Malta

19-26 Marzu

L-Erbgħa

2345

0135

0235

0415

Il-Ħadd

2305

0055

0155

0335

31 Marzu - 23 Ottubru

It-Tnejn

0005

0055

0155

0435

Il-Ħamis

0020

0110

0210

0450

(il-ħinijiet huma kollha lokali)

It-titjiriet jistgħu jiġu bbukkjati fuq www.airmalta.com.

1