L-Air Malta Tikri Ajruplan lil Atlantic Airways

Mejju 3, 2013

L-Air Malta Tikri Ajruplan lil Atlantic Airways

L-Air Malta għadha kemm ikkonkludiet ftehim għall-kiri mingħajr ekwipaġġ
(dry lease) ta’ Airbus A319 lil Atlantic Airways tal-Gżejjer Faroe għal
perjodu ta’ 41 xahar. Dan il-ftehim isegwi xhur ta’ diskussjonijiet intensivi
ma’ bosta linji tal-ajru wara r-ritorn tal-ajruplan mikri minn OLT Express’.

Permezz ta’ din il-kirja, l-Air Malta ser tkun qiegħda topera bi flotta ta’
għaxar ajruplani biex b’hekk tissodisfa l-kapaċità meħtieġa skont il-Pjan
ta’ Ristrutturar tagħha approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

L-ajruplan ser jingħaqad mal-flotta ta’ erba’ ajruplani ta’ Atlantic Airways u
ser jopera mill-bażi tal-kumpanija fl-ajruport ta’ Vágar lejn ajruporti fid-
Danimarka, ir-Renju Unit, Spanja, n-Norveġja u l-pajjiżi ġirien l-Iżlanda,
kif ukoll lejn destinazzjonijiet turistiċi li ser iżżid il-kumpanija.

Din il-kirja ser tibda fil-bidu ta’ Mejju. L-ajruplan (9H-AEJ) ser jitneħħa mirreġistru
Malti tal-ajruplani u ser jingħata r-reġistrazzjoni ġdida OY-RCH.

Atlantic Airways hija l-linja tal-ajru nazzjonali tal-Gżejjer Faroe, u tipprovdi
servizzi domestiċi bil-ħelikopter u titjiriet internazzjonali skedati kif ukoll
servizzi ta’ tiftix u salvataġġ mill-bażi tagħha fl-ajruport fuq il-gżira ta’
Vágar.

1