Jeppesen tghin lill-Air Malta tikseb Operat minghajr Karti

Lulju 1, 2014

Data: It-Tlieta, 1 ta’ Lulju 2014
Ref: 060-2014 MT


Il-linja tal-ajru tal-Gżejjer Maltin hija waħda mill-ewwel kumpaniji tal-ajru fl-Ewropa li taħdem mingħajr karti, wara trasformazzjoni diġitali

ENGLEWOOD, COLO., 1 ta’ Lulju, 2014 L-Air Malta, il-linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta, dan l-aħħar irċeviet awtorizzazzjoni biex topera f’kapaċità totalment diġitali, bl-użu ta’ Jeppesen FliteDeck Pro fuq l-iPad bħala s-soluzzjoni tagħha għal bagalja tat-titjir elettronika (electronic flight bag - EFB).  Jeppesen, li hija parti minn Boeing Digital Aviation, għenet lill-Air Malta biex tikseb l-approvazzjoni sinifikanti mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f'Malta biex topera bħala waħda mill-ewwel linji tal-ajru fl-Ewropa li ma tużax karti.      

L-Air Malta għamlet tranżizzjoni għal FliteDeck Pro fuq l-iPad il-ħarifa li għaddiet għal aċċess għal informazzjoni diġitali dwar it-titjiriet użata fuq l-art u fl-ajru. L-Air Malta issa lestiet il-proċess t’awtorizzazzjoni biex issir linja tal-ajru totalment diġitali. FliteDeck Pro jgħin biex jitnaqqas ix-xogħol tal-bdoti, iżid l-għarfien tas-sitwazzjoni fuq titjira u jnaqqas l-ispejjeż operattivi permezz ta’ konsum inqas ta’ fjuwil, abbażi ta' piż inqas u aċċess faċli għal informazzjoni operattiva.

“Jeppesen u FliteDeck Pro fuq l-iPad ipprovdew il-bażi biex aħna nirċievu din l-awtorizzazzjoni u niksbu waħda mill-ewwel operazzjonijiet totalment diġitali ta’ linja tal-ajru fl-Ewropa,” qal il-Kaptan Patrick Calleja, il-kap ta’ Aircraft Operations, fi ħdan l-Air Malta.  “Il-mira tagħna kienet li nsiru linja tal-ajru mingħajr karti u ninsabu ħerqana biex inkomplu niksbu benefiċċji operattivi u titjib fl-effiċjenza bl-użu ta’ FliteDeck Pro bħala l-pjattaforma tagħna ta’ EFB. Din il-qabża ’l quddiem fl-effettività operazzjonali nkisbet permezz tal-ħila esperta u l-fiduċja fil-prodott min-naħa ta’ tim tekniku u operazzjonali ddedikat, immexxi mill-First Officer Mark Attard, il-Pilota Tekniku tagħna. Ninsab kburi minn dak li t-tim irnexxielu jikseb b’kooperazzjoni ma’ Jeppesen u b’mod importanti, mar-regulaturi tagħna fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta, li tawna appoġġ u kienu entużjasti daqsna matul dan il-proċess,” ikkonkluda l-Kaptan Calleja.           

Jeppesen FliteDeck Pro jgħin lil-linji tal-ajru u operaturi kbar biex jagħmlu aktar effiċjenti l-aċċess għal informazzjoni essenzjali dwar it-titjiriet u għad-dejta dwar in-navigazzjoni ta’ Jeppesen, li hija l-aqwa fl-industrija. Permezz ta’ FliteDeck Pro, l-Air Malta tirċievi ċarts tat-terminals ibbażati fuq vectors kif ukoll kontenut matul ir-rotta mmexxi b'dejta, li jintwera fuq l-iskrin b'mod dinamiku sabiex l-ekwipaġġ ikollu għarfien aħjar tas-sitwazzjoni matul titjira.  

“Il-fatt li rnexxielna nistabbilixxu operazzjoni mingħajr karti huwa kisba sinifikanti, u nifirħu lill-Air Malta għall-isforz tagħhom ta' trasformazzjoni diġitali li kien fost wieħed minn tal-ewwel nett fl-Ewropa,” qal Tim Huegel, id-direttur ta’ Jeppesen Aviation Portfolio Management.  “L-eliminazzjoni tal-iffajljar tar-reviżjoni ta’ karti u l-fatt li m’għadx hemm bżonn li jitqandlu bagalji tat-titjiriet tqal huma ta' benfiċċju għall-piloti, peress li bl-użu ta’ FliteDeck Pro d-dejta essenzjali tiġi aġġornata awtomatikament u jinkisbu effiċjenza operattiva akbar u tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil.”

L-Air Malta tgħaqqad il-Gżejjer Maltin, destinazzjoni popolari għall-vaganzi, ma’ 35 destinazzjoni madwar l-Ewropa u l-Mediterranean, u topera flotta ta’ ajruplani Airbus A320/319. 

Għal aktar tagħrif dwar l-aqwa soluzzjonijiet fl-industrija tan-navigazzjoni, operazzjonijiet, taħriġ u ottimazzjoni pprovduti minn Jeppesen, jekk jogħġbok żur www.jeppesen.com.       

Dwar Jeppesen
Għal 80 sena, Jeppesen ippermettiet lill-bdoti u l-passiġġieri tagħhom biex jilħqu d-destinazzjonijiet tagħhom b’mod sigur u effiċjenti. Illum, dan l-ispirtu ta’ pijunier ikompli hekk kif Jeppesen tipprovdi soluzzjonijiet transformattivi ta’ informazzjoni u ottimizzar sabiex ittejjeb l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet fl-ajru u fil-baħar madwar id-dinja. Jeppesen hija sussidjarja ta’ Boeing u parti mill-unità ta’ negozju tal-Avjazzjoni Diġitali fi ħdan Boeing Commercial Aviation Services. Boeing toffri l-akbar portafoll ta’ servizzi tal-industrija, appoġġ u soluzzjonijiet, li huma magħrufa kollettivament bħala Boeing Edge, li jipprovdi lill-konsumaturi b’vantaġġ kompetittiv sabiex isolvu problemi operazzjonali, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet aħjar, tiġi mmassimizzata l-effiċjenza u titjieb il-prestazzjoni ambjentali – soluzzjonijiet intelliġenti ta' informazzjoni għall-ekosistema sħiħa tal-avjazzjoni. 

Kuntatt għall-Midja:
Brian Rantala
+1-303-328-4370

Email

1