In-Nollijiet Baxxi tal-Air Malta Jibqgħu Għaddejjin matul is-Sajf – Il-Linja tal-Ajru Tniedi Sale tas-Sajf mhux Ippjanat

Awwissu 2, 2018

 

Data:   L-Erbgħa, 1 ta’ Awwissu 2018

Ref:     083 - 2018 MT

In-Nollijiet Baxxi tal-Air Malta Jibqgħu Għaddejjin matul is-SajfIl-Linja tal-Ajru Tniedi Sale tas-Sajf mhux Ippjanat

M’għandekx għalfejn tħallas nollijiet għaljin biex tibbukkja btajjel mhux ippjanati mal-Air Malta għaliex għada, il-linja tal-ajru se tkun qed tniedi sale bi skont li jasal sa 45% fuq in-nollijiet Go Smart tagħha li jinkludu l-bagalji rreġistrati. Qatt ma hu tard wisq biex tieħu dik il-waqfa tant mistennija dan is-sajf!

L-iskont huwa disponibbli għal 24 siegħa biss, nhar il-Ħamis, 2 ta’ Awwissu. Il-klijenti jistgħu jibbenefikaw minn skont ta’ 25% għal vjaġġi matul ix-xahar ta’ Awwissu, skont ta’ 35% għal vjaġġi f’Settembru u skont li jasal sa 45% meta jivvjaġġaw matul ix-xahar ta’ Ottubru.

Din l-offerta hija valida fuq in-nollijiet Go Smart kollha li jinkludu bagalja rreġistrata ta’ 23kg mingħajr ħlas, li għalhekk toffri valur tajjeb għall-flus. Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà. L-iskont huwa validu biss permezz tas-sit web tal-Air Malta fuq www.airmalta.com. Jistgħu japplikaw termini u kundizzjonijiet.

L-offerta hija disponibbli fuq id-destinazzjonijiet kollha tal-Air Malta li jinkludu; Amsterdam, Birmingham, Bucharest, Bristol, Brussell, Cagliari, Katanja, Casablanca, Comiso, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Kiev, London Gatwick, London Heathrow, London Southend, Lisbona, Lyon, Malaga, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Palermo, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Praga, Ruma, San Pietruburgu, Tel Aviv, Tabres – Lourdes, Tuneż, Vjenna, Venezja, Zurich, Katanja – London Southend, Cagliari - London Southend u Katanja – Vjenna.

Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta.

 

1