L-Air Malta Tniedi l-Iskeda tat-Titjiriet “Business Guaranteed” – Niżguraw l-Istabilità fil-Pjanijiet ta’ Vvjaġġar

Data:   Il-Ħamis, 29 ta’ Ottubru 2020

Ref:     073-2020 MT

L-Air Malta Tniedi l-Iskeda tat-Titjiriet “Business Guaranteed” – Niżguraw l-Istabilità fil-Pjanijiet ta’ Vvjaġġar

L-Air Malta nediet l-iskeda tat-titjiriet tagħha għax-xitwa 20/21 li tkopri 21 destinazzjoni bi 156 titjira fil-ġimgħa. Il-Linja tal-ajru ħadet impenn li topera mill-inqas 50 % ta’ din l-iskeda waqt li tkompli tirrinunzja għat-tariffi ta’ prenotazzjoni mill-ġdid jekk il-klijenti jkunu jixtiequ jibdlu t-titjiriet prenotati tagħhom għal kwalunkwe raġuni.

Biex tiżgura serħan tal-moħħ u tiżgura l-affidabbiltà matul dawn iż-żminijiet diffiċli u ta’ inċertezza, l-Air Malta ħabbret “skeda minima ta’ titjiriet garantiti” lejn mill-inqas 15-il destinazzjoni b’82 titjira fil-ġimgħa.

“Fid-dawl tal-bidla kostanti fix-xenarju, l-iskeda tat-titjiriet tax-xitwa 20/21 se ssir b’mod differenti din is-sena biex isserraħ moħħ il-klijent li jista’ jibqa’ maqbud minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira. Permezz tal-Business Guaranteed se jkun żgurat operat ta’ network definit fuq il-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija fi kwalunkwe każ meta jkun legalment possibbli. Matul l-iskeda tax-xitwa se jkun hemm 156 titjira fil-ġimgħa, li 50 % minnhom huma business guaranteed. Dan jiggarantixxi aċċess għall-hubs ta’ ajruporti ewlenin irrispettivament minn kwalunkwe kanċellazzjoni”, spjega l-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri nieda wkoll it-timbru tal-Flexibility Guaranteed tal-Air Malta li permezz tiegħu l-linja tal-ajru se tagħti flessibbiltà addizzjonali ta’ bbukkjar għall-klijenti sabiex jibbenefikaw minn esperjenza mtejba tal-klijent permezz tat-titjib implimentat fil-portal online. “L-Air Malta qed taħdem ukoll biex tiżgura li permezz ta' aktar effiċjenza operattiva tkun tista' toffri tariffi aktar kompetittivi, b’xi wħud jibdew minn €29 din ix-xitwa”, qal Schembri.

Il-Ministru Schembri qal li dawn l-aħħar żminijiet urew b'mod ċar, issa aktar minn qatt qabel, l-importanza għal pajjiż żgħir bħal Malta li jkollu l-linja tal-ajru nazzjonali tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar, minkejja ċ-ċirkostanzi, żgurat il-konnettività mal-bqija tad-dinja.

“Il-mod kif il-pandemija globali tal-Covid-19 ħarbtet l-ivvjaġġar huwa bla preċedent. Bir-raġun, il-linji tal-ajru madwar id-dinja naqqsu l-kapaċità sabiex jilqgħu għat-tnaqqis drammatiku fid-domanda. Dan żied saff ieħor ta’ kumplessità għal stati gżejjer bħal Malta, li jiddependu fuq l-ivvjaġġar bl-ajru għall-benesseri ekonomiku u soċjali tagħhom u għall-konnettività mal-Ewropa u lil hinn għall-flussi ta’ passiġġieri u merkanzija”, qal iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion.

“Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, din ix-xitwa l-Air Malta se sservi diversi destinazzjonijiet u se nagħmlu ħilitna biex inżommu konnessjonijiet bl-ajru regolari u affidabbli ma’ bliet Ewropej ewlenin għall-klijenti li jixtiequ jivvjaġġaw għal raġunijiet ta’ turiżmu, negozju, jew biex iżuru ħbieb u qraba u biex inżommu l-flussi ta’ merkanzija lejn il-pajjiż. Minkejja t-tnaqqis fit-titjiriet u fil-frekwenzi tul is-sena l-oħra, qegħdin nikkonfermaw l-impenn tagħna lejn il-Gżejjer Maltin billi niżguraw li se nżommuhom konnessi b’tal-inqas skeda minima fi ġranet fissi”, żied Dr Mangion.

“Ħafna linji tal-ajru qegħdin jikkanċellaw it-titjiriet tagħhom b’avviż fuq żmien qasir, u b’hekk joħolqu aktar tfixkil għall-vjaġġatur. Biex intaffu din il-problema, minbarra l-iskeda tat-titjiriet imqassra tagħna għal dan l-istaġun, qegħdin inħabbru skeda minima garantita li nwiegħdu li noperaw jiġri x’jiġri, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jkunux barra mill-kontroll tal-Air Malta, bħal kwistjonijiet ta’ temp jew għeluq ta’ ajruporti”, żied jgħid Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta. 

“Qegħdin niżguraw li d-destinazzjonijiet relatati man-negozju jkollhom ġranet ewlenin ta’ operat u frekwenzi minimi assigurati. It-titjiriet għal destinazzjonijiet ta’ divertiment se jkollhom il-frekwenzi tagħhom aġġustati biex jippermettu vjaġġi qosra għal tmiem il-ġimgħa u f’nofs il-ġimgħa. Għas-serħan tal-moħħ u biex nirkupraw il-fiduċja tal-konsumaturi, se nkomplu nirrinunzjaw għat-tariffi tal-prenotazzjonijiet mill-ġdid għal biljetti tal-ajru maħruġa fuq is-servizzi tagħna, sakemm joħroġ avviż ieħor”, żied is-Sur Sies.

Din ix-xitwa l-Air Malta se topera lejn: Amsterdam*, Berlin*, Brussell*, Catania*, Dusseldorf*, Frankfurt*, Hamburg, Lisbona, Londra Heathrow*, Lyon, Madrid (ġdida), Milan Linate*, Munich*, Moska*, Palermo, Pariġi Charles De Gaulle*, Pariġi Orly*, Praga, Ruma*, Vjenna* u Zurich*. (* – rotot garantiti). Moska għadha soġġetta għall-kurituri tal-ivvjaġġar sikur li qed ikunu ddikjarati mill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi.

Għal aktar tagħrif dwar din l-iskeda ta’ titjiriet tax-xitwa u aħbarijiet oħrajn jekk jogħġbok żur www.airmalta.com.

-tmiem-

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!