L-Air Malta tgħaqqad mill-ġdid lill-Ewropa mal-Afrika ta’ Fuq permezz tar-rotta l-ġdida tagħha lejn Tuneż

Ġunju 26, 2017

L-Air Malta illum inawgurat servizz skedat ġdid lejn l-belt kapitali tat-Tuneżija, fl-Afrika ta' Fuq, servizz li jgħaqqad mill-ġdid lill-Ewropa mal-Afrika ta’ Fuq. Il-linja ta l-ajru Maltija qieġħda terġa lura lejn it-Tuneż wara nuqqas ta’ tmin snin u se tkun qieġħda topera tlett titjiriet fil-gimġħa.

Grazzi għal trasferimenti qosra u konvenjenti permezz tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, dan is-servizz il-ġdid tal-Air Malta joffri konnettività ta’ titjiriet bejn it-Tuneżija u bliet Ewropej ta' Vjenna, Londra, Ruma, Amsterdam, Praga, Munich, Brussell, Marsilja, Catania, Milan u Zurich. L-Air Malta se tipprovdi wkoll servizzi ta’ merkanzija fuq din ir-rotta.

Is-Sur Paul Sies, Kap Kummerċjali tal-Air Malta ikkumenta; "It-tnedija ta’ din ir-rotta tpoggi lil l-Air Malta bħala linja tal-ajru ewlenija li tgħaqqad il-gżejjer Maltin ma’ reġjuni importanti tal-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq, minbarra l-bosta konnessjonijiet li diġà toffri fil-Mediterran u lil hinn. Aħna eċċitati ħafna li se aħna waħda mill-ewwel linji tal-ajru Ewropej biex iniedu s-servizzi regolari tagħna għal Tuneż. Permezz ta’ din it-tnedija mhux biss qed noffru destinazzjoni ġdida fuq in-netwerk tar-rotta tagħna iżda qed nestendu wkoll s-servizzi tagħna billi ngħaqqdu l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq u niffaċilitaw l-moviment tal-passiġġieri kif wkoll tal-merkanzija bejn iż-żewġ kontinenti.''

L-iskeda tat-titjira lejn Tuneż se taħdem kif ġej:

Tnejn / Erbgħa / Ġimgħa

Tluq Malta 0205hrs tasal Tunis 0205hrs

Tluq Tunis 0415hrs tasal Malta 0605hrs

Aktar tagħrif huwa disponibbli fuq www.airmalta.com, billi ċċempel il-Call Centre tal-Air Malta fuq +356 21662211, mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jew minn Aġenti tal-Ivvjaġġar f'Malta.

Ritratti kollha meħudin minn Ramon Portelli / Air Malta.

Ritratt  1 (Mix- Xellug): H.E. Dr Mark Anthony Pace – Ambaxxatur Malti għat-Tuneżija,  Mounir Arous - General Manager ATACS, Rapreżentant tal-Air Malta ġewwa t-Tuneżija, David Galea – Air Malta Manager North Africa,  Capt Lawrence Mifsud Bonnici, Mahmoud Said - General Director, Tunisair Handling, Paul Sies - Kap Kummercjali tal-Air Malta.


Ritratt  2: Bernard Charles Mifsud - Chargé d’Affaires ta l-Ambaxxata Maltija fit- Tuneżija, H.E. Dr Mark Anthony Pace - Ambaxxatur Malti għat- Tuneżija, Mahmoud Said - General Director, Tunisair Handling, Paul Sies - Kap Kummercjali tal-Air Malta.


Ritratt 3: H.E. Dr Mark Anthony Pace l- Ambaxxatur Malti għat- Tuneżija – flimkien ma grupp ta passiġiera fuq l-ewwel titjira ta Malta lejn it-Tuneżija.


Ritratt  4/6/7/8/10/11/13: Passiġieri abbord l-ewwel titjira ta l-Air Malta lejn it-Tuneżija.













Ritratt  5: H.E. Dr Mark Anthony Pace Ambaxxatur Malti għat- Tuneżija (it-tieni mil-lemin) flimkien ma Paul Sies - Air Malta’s Chief Commercial Officer u l-ekwipagg tat-titjira.

Ritratt  9: L-ekwipaġġ tat-titjira Jonathan Micallef, Anabelle Almerigo, Lyann Marie Abela, Liliana Mifsud, Mark Scicluna - In-flight Manager, First Officer - Chris Borg Barthet, Capt. Lawrence Mifsud Bonnici, flimkien ma Paul Sies - Kap Kummercjali tal-Air Malta, David Galea - Manager North Africa, Air Malta.

1