Ġunju 9, 2017
F’ambjent li kontinwament qiegħed jevolvi u jinbidel, l-Air Malta ħatret lil AVIAREPS bħala r-rappreżentanti tal-bejgħ kummerċjali tagħha fuq għadd ta’ destinazzjonijiet Ewropej. Il-ħatra hija intiża sabiex iżżid il-bejgħ, tippromwovi u tkabbar ir-reputazzjoni tal-linja tal-ajru fi swieq ewlenin. AVIAREPS se tkompli tassisti lill-Air Malta billi tniedi diversi inizjattivi fi swieq Ewropej permezz tas-social media sabiex żżid l-ivvjaġġar lejn l-arċipelagu popolari Malti fil-Meditterran.
Sa mill-1 ta’ Ġunju, AVIAREPS irrapreżentat lil-linja tal-ajru fi Franza, fil-Belġju, fin-Netherlands, fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera. ll-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji hija maħsuba li żżid il-promozzjoni u l-preżenza tal-Air Malta f’dawn is-swieq nazzjonali, li għandhom joħolqu opportunità ta’ bejgħ ġdid.
Alex Savona, Manager Regions & Markets ta l’Air Malta qal, “L-Air Malta kuntenta ħafna li qed taħtar lil AVIAREPS u lit-tim ta’ professjonisti tal-bejgħ tagħhom sabiex jippromwovu s-servizzi tagħna f’dawn il-pajjiżi. Aħna nibqgħu kunfidenti li permezz tal-għarfien dwar is-suq lokali u r-reputazzjoni ta’ AVIAREPS se jirnexxielna nżidu l-preżenza tagħna f’dawn is-swieq ewlenin u niksbu opportunitajiet ġodda li finalment għandhom jwasslu għal fluss tad-dħul ġdid”.
L’Air Malta mhux biss se tiggwadanja permezz ta’ serje ta’ roadshows f’diversi bliet madwar l-Ewropa, iżda se tiġi wkoll irrappreżentata f’laqgħat individwali li jsiru minn team esperjenzat u dedikat ta’ raprezentanti tas-Sales. L-Air Malta se tappoġġja lil AVIAREPS f’implimentazzjoni ta’ programm ta’ bejgħ intensiv immirat biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet preżenti li l-linja ta l’ajru għandha mal-industrija tal-ivvjaġġar, u flimkien, dawn sejrin jistabbilixxu wkoll relazzjonijet ġodda ma’ parteċipanti tas-suq lokali. F’kooperazzjoni ulterjuri mal-Air Malta, AVIAREPS sejra tenfasizza, imbagħad tixpruna, il-bejgħ tas-servizzi u tal-prodotti anċillari tal-linja tal-ajru. AVIAREPS sejra testendi wkoll l-istrateġija ta’ social media tal-Air Malta bbażata f’Malta li diġà għamlet bosta suċċess.
Edgar Lacker, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ AVIAREPS, qal dan: “Aħna onorati li ġejna fdati bl-approfondiment u bil-promozzjoni tad-ditta kif wkoll il-bejgħ tal-prodotti tal-linja nazzjonali ta’ Malta fl-Ewropa. L-esperti tal-bejgħ tagħna għandhom netwerks stabbiliti u b’saħħithom fl-industrija tal-ivvjaġġar kif wkoll l-ispeċjalizzazzjoni u passjoni biex jiżguraw it-tkabbir u s-suċċess tal-Air Malta fi ħdan dawn is-swieq. Aħna ħerqanin li se jirnexxilna nilħqu dawn l-għanijiet flimkien ma l-Air Malta.”
Malta hija destinazzjoni li qed issir aktar popolari għan-nies Ewropej li jivvjaġġaw għall-vaganza kif wkoll bħala post għal laqgħat, konferenzi u incentivi. Ix-xemx Maltija, iċ-ċarezza tal-Baħar Mediterran u t-tbissima tal-poplu Malti, flimkien mas-sigurtà tal-gżejjer, għal bosta snin rebħu l-qlub ta’ eluf ta’ viżitaturi. Minn bajjiet rilassanti għal diskoteki mfittxija, monumenti mpressjonanti flimkien ma sekli ta’ arti u kultura mil-isbaħ, Malta għandha xi ħaġa għal kulħadd – tabilħaqq teżor f’nofs il-Mediterran.
Bħala linja tal-ajru l-Air Malta toffri l-kumditajiet kollha ta’ linja tal-ajru ta’ servizz sħiħ, inkluż trasport b’xejn tal-bagalji, u bi prezz ferm kompetittiv. Aktar minn hekk, il-passiġġieri tal-Air Malta sa minn meta jitilgħu abbord jistgħu jgawdu minn ospitalità speċjali Maltija. L-Air Malta hija ħafna aktar minn sempliċiment linja tal-ajru.