L-Air Malta Tniedi Offerta Speċjali fuq Tliet Destinazzjonijiet

Mejju 25, 2017

L-Air Malta qed tniedi offerta speċjali fuq tliet servizzi skedati lejn l-ibliet ta' Praga, Palermo u Marsilja għall-ivvjaġġar f'Mejju u Ġunju tal-2017. L-offerta ser tibqa’ għadejja sal-Ġimgħa, 26 ta' Mejju sal-8.59am.

Għalkemm differenti u distintivi, dawn it-tliet ibliet dinamiċi Ewropej jikkondividu taħlita unika ta' wirt kulturali u postijiet prinċipali spettakolari. It-tariffi lejn Palermo jibdew minn EUR 40 filwaqt li t-tariffi lejn Praga jibdew minn EUR 64. It-tariffi lejn Marsilja jibdew minn EUR60. It-tariffi kollha jinkludu t-taxxi u l-imposti applikabbli.

Għal dawk li jħobbu l-istorja, Palermo bil-binjiet Romaneski, Gotiċi u Barokki tagħha, hija tiswira storika ta' kulturi tal-Punent u Għarab. Il-belt ta’ Catania hija popolari ferm mal-vjaġġaturi Maltin madankollu r-reġjun ta’ Palermo possibilment għandu ħafna aktar x'joffri. Il-pożizzjoni ġeografika tagħha hija l-bażi perfetta li minnha l-vjaġġaturi jistgħu jesploraw dan ir-reġjun affaxxinanti ta' Sqallija. Palermo hija belt magħrufa għall-kultura, l-arkitettura u gastronomija fost l-oħrajn

Praga hija belt maġika mimlija pontijiet storiċi, faċċati fuq stil barokk u passaġġi pittoreski li jwassluk għall diversi pjazzez siekta. Bini mill-isbaħ, passaġġi xeniċi u statwi medjevali li żgur jħallu impressjoni fuq viżitaturi li jżuru din il- Belt.

Il-belt vibranti ta' Marsilja li testendi tul il-kosta tal-Mediterran hija taħlita ta' bosta ċiviltajiet, mhux biss hija waħda mill-eqdem bliet fl-Ewropa iżda hija meqjusa wkoll bħala waħda mill-akbar ċentri marittimi tal-Ewropa t'isfel.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit web tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, miċ-ċentru ta’ kuntatt fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà u ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq id-dati tal-ivvjaġġar. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta.

Ritratt 1: Charles Bridge - Praga

Ritratt 2: Cappella Palatina – Palermo

Ritratt 3: Cathédrale de la Major - Marsilja





1