Mejju 8, 2017
L-Air Malta qiegħda tiċċelebra t-tnedija tar-rotta l-ġdida lejn l-Ajruport ta’ Tunis Carthage li se topera tliet darbiet fil-ġimgħa b’offerta introduttorja speċjali li tibda minn Euro 59 biss, inklużi t-taxxi u t-tariffi. Perjodu ta’ skont promozzjonali ta’ 72 siegħa fuq ir-rotta għal titjiriet li jibdew minn Malta se jibda nhar it-Tlieta, 9 ta’ Mejju fid-9.00am u jispiċċa l-Ġimgħa, 12 ta’ Mejju fit-8.59am.
L-Air Malta se tibda servizzi skedati bejn Malta u Tunis minn nhar it-Tnejn, 26 ta’ Ġunju bi tliet titjiriet fil-ġimgħa lejn/minn Malta kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa.
Dan is-servizz il-ġdid se jżid il-konnettività tat-titjiriet bejn it-Tuneżija u l-ibliet Ewropej ta’ Vjenna, Londra, Ruma, Amsterdam, Praga, Munich, Brussell, Marsilja, Katanja, Milan u Zurich b’ħin ta’ konnessjoni qasir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-Air Malta se tipprovdi wkoll is-servizzi kollha tal-cargo fuq din ir-rotta, u b’hekk se tiffaċilita l-moviment tal-merkanzija bejn iż-żewġ pajjiżi u se tiftaħ gateway għall-cargo ġdid lejn/mit-Tuneżija u lil hinn minnha.
Tunis hija l-belt kapitali u l-akbar belt tat-Tuneżija. Mibnija fuq għolja, din il-belt provinċjali toffri lill-vjaġġaturi esperjenza ta imperi u ċ-ċivilizzazzjonijiet differenti. Il-vjaġġaturi jistgħu jammiraw it-toroq u l-passaġġi dojoq tal-belt storika ta’ Medina, li sa mill-1979 hija sit ta’ patrimonju tal-UNESCO. Medina tospita numru inkredibbli ta’ monumenti u postijiet ewlenin spettakolari prinċipalment palazzi, moskej u mużewijiet.
Fin-naħa tal-Lvant tal-lag ta’ Tunis, hemm il-belt antika meraviljuża ta’ żmien il-Feniċi Carthage. Żjara ta’ din il-belt straordinarja twassal għal esperjenza unika u differenti li ċertament tieħu lil dak li jkun lura fiż-żmien. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw diversi fdalijiet Feniċi u jsegwu il-fdalijiet ta’ strutturi impressjonanti ta’ żmien ir-Rumani li jvarjaw minn vilel għal banjijiet. Din il-belt imponenti tospita wkoll il-Palazz Presidenzjali. Bla dubju ta xejn, il-villaġġ pittoresk ta’ Sidi Bou Said li jinsab fil-quċċata tal-irdum, miżgħud b’moġħdijiet ħelwin, mhux ta’ min jitilfu. Huwa maġħruf partikolarment ġħall bini miżbugħ abjad filwaqt li mżejjen b’xogħlijiet interessanti tal-ħadid u aperrturi ta kulur blu. Minbarra s-siti storiċi u l-postijiet ewlenin, Tunis fiha wkoll il-villaġġ tas-sajjieda ta’ Hammamet li huwa sinonimu ma’ bajjiet ramlija, riżorti sbieħ u nightlife vibranti.
Attrazzjonijiet oħra popolari jinkludu Sousse, Monastir, Port El Kantaoui, l-Anfiteatru ta’ El Jem u oħrajn. Meta jżuru t-Tuneżija u l-inħawi tal-madwar, il-vjaġġaturi jistgħu jduqu l-ikel lokali awtentiku u l-ħlewwiet li jista’ joffri dan il-pajjiż tal-Afrika ta’ Fuq.
L-iskeda tat-titjiriet lejn Tunis se topera kif ġej:
It-Tnejn / L-Erbgħa / Il-Ġimgħa
tluq | Malta | 0205hrs | wasla | Tunis | 0205hrs |
tluq | Tunis | 0415hrs | wasla | Malta | 0605hrs |
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit web tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, miċ-ċentru ta’ kuntatt fuq +356 21662211 u l-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà u ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq id-dati tal-ivvjaġġar. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, jew illoggja fuq www.facebook.com/AirMalta .