April 11, 2017
L-Air Malta ħabbret li se tibda servizzi skedati bejn Malta u l-Belt Iżraeljana ta’ Tel Aviv mill-21 ta’ April. Il-linja tal-ajru Maltija se topera sa tliet titjiriet fil-ġimgħa matul is-sajf ta 2017.
“Ninsabu ferm kuntenti li nistgħu nħabbru Tel Aviv bħala destinazzjoni ġdida għal dan l-istaġun. Konna qed noperaw regolarment fuq din ir-rotta li kienet toffri lil Malta bħala destinazzjoni ‘charter’ fl-Iżrael għal snin twal, u ħdiemna mill-qrib ma’ operaturi tal-ivvjaggar Iżraeljani ewlenin. Issa s-suq immatura biżżejjed li nistgħu nibdew noffru din id-destinazzjoni bħala servizz skedat wkoll, fejn wieħed jistgħa jieħu l-opportunita li jżur postijiet interessanti li jinkludu Ġerusalemm u l-Art Imqaddsa,” qal is-Sur Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta.
Tel Aviv hija t-tieni l-akbar Belt f’Iżrael, destinazzjoni kożmopolitana u vibranti tul il-Baħar Mediterran. Hija sinjura fil-kultura u tilqa’ numru kbir ta’ mużewijiet relatati ma’ firxa wiesgħa ta’ suġġetti differenti. Diversi attrazzjonijiet kulturali jagħmlu din il-belt destinazzjoni unika biex iżżur. Vjaġġaturi jistgħu jgawdu l-belt affaxxinanti ta’ Jaffa l-Antika li tinsab fil-parti t'isfel ta’ Tel Aviv u jammiraw il-passaġġi pittoreski tagħha.
Bħala l-post fejn jiltaqgħu tliet reliġijonijiet monoteistiċi ewlenin, Iżrael joffri diversi postijiet sagri u storiċi li jipprovdu esperjenza unika u distintiva. Tel Aviv ma toffriex biss storja, reliġjon u l-arti, iżda bhala belt hija wkoll rinomata għall tradizzjonijiet kulinari.
L-iskeda tat-titjira se topera kif ġej fuq ġimgħat li jalternaw:
It-Tlieta
titlaq minn | Malta | fis-1:55 | tasal | Tel Aviv |
fil-5:40 |
titlaq minn | Tel Aviv |
fis-7:10 | tasal | Malta | fid-9:15 |
Il-Ġimgħa
titlaq minn | Malta | f’00:45 | tasal | Tel Aviv |
fl-4:30 |
titlaq minn | Tel Aviv |
fis-6:00 | tasal | Malta | fit-8:05 |
Il-Ħadd
titlaq minn | Malta | f’00:50 | tasal | Tel Aviv |
fl-4:30 |
titlaq minn | Tel Aviv |
fil-5:30 | tasal | Malta | fit-7:40 |
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq www.airmalta.com, billi ċċempel lill-Call Center tal-Air Malta fuq +356 21662211, mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew minn Aġenziji tal-Ivvjaġġar f’Malta jew fl-Italja.