L-Air Malta tniedi servizzi skedati lejn Lourdes

Marzu 16, 2018

Data:   Il-Ġimgħa, 16 ta Marzu 2018

Ref:     026-2018 MT

L-Air Malta tniedi servizzi skedati lejn Lourdes

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa lejn il-belt affaxxinanti Franċiża ta’ Lourdes kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa matul is-sajf mill-29 ta’ Ġunju 2018. Ir-rotta l-ġdida tħabbret ilbieraħ mic-Chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion, matul il-ftuħ tal-AMITEX, il-fiera annwali tal-ivvjaġġar organizzata fl-MFCC.

“Illum qed inniedu saħansitra servizz skedat ieħor - il-15-il rotta l-ġdida tagħna għal Tarbes / Lourdes fi Franza. Aħna bdejna noperaw lejn din il-belt Franċiża bħala destinazzjoni charter f’Marzu 1988, preċiżament 30 sena ilu, u ilna noperaw din ir-rotta bla waqfien tul dawn is-snin kollha. Għalhekk qed niċċelebraw dan l-anniversarju importanti billi noffru din ir-rotta bħala servizz skedat dan is-sajf b’kooperazzjoni mas-sieħeb tagħna Britannia Travel”, ħabbar Dr Mangion.

Is-Sur Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta żied jgħid, “Lourdes hija destinazzjoni mfittxa ħafna u meqjusa bħala post ta’ qima u pellegrinaġġ. Għall-dam l-aħħar 30 sena vjaġġaw magħna medja ta’ madwar 6 000 passiġġier fis-sena lejn u minn Lourdes fuq is-servizzi ta’ charter tagħna u l-bidla għal waħda bi skeda hija maħsuba biex iżżid dan it-traffiku. Is-servizz ta’ Lourdes tagħna huwa pass ieħor lejn strateġija ta’ tkabbir ta’ suċċess li ċertament timmarka stadju importanti għall-Air Malta. It-tim kummerċjali tal-Air Malta qiegħed jaħdem ħafna biex jagħmel dan it-tkabbir possibbli u aħna ninsabu fiduċjużi li l-pjanijiet u l-projezzjonijiet attwali se jrendu l-frott permezz taż-żieda fil-konnettività tal-ivvjaġġar lejn il-gżejjer u l-ġenerazzjoni ta’ vjaġġar ġdid lejn il-gżejjer.”

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi żied jgħid, “It-Turiżmu Reliġjuż huwa wieħed mill-oqsma li qegħdin jikbru fl-ivvjaġġar u t-turiżmu. Ninsab kuntent li ninnota li l-Air Malta issa hija f'pożizzjoni li toffri din ir-rotta bi skeda. Din hija żieda pożittiva għall-iskeda tat-titjira tal-Air Malta u ninsab ħerqan li nara li l-linja ta' l-ajru tiżgura aktar negozju u tfittex aktar opportunitajiet biex tiżgura suċċess ulterjuri sabiex tkun il-Linja tal-Ajru tal-Mediterran."

L-iskeda tat-titjiriet se tkun qed topera kif ġej (il-ħinijiet kollha lokali):

it-Tnejn u l-Ġimgħa

KM4438

Tluq

Malta

17:00

Wasla

Lourdes

19:25

KM4439

Tluq

Lourdes

20:15

Wasla

Malta

22:30

 

Lourdes, li tinsab fil-Pirinej, huwa post ta’ spiritwalità u meqjus bħala l-aktar santwarju ta’ fejqan importanti fid-dinja, imdawwar b’xenarju rurali ta’ sbuħija impressjonanti. Lourdes hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet importanti għat-turiżmu tal-pellegrinaġġi u għat-turiżmu reliġjuż li jagħmilha t-tieni l-aktar ċentru tat-turiżmu importanti fi Franza.

Ir-reġjun huwa magħruf għall-wirt naturali ta’ sbuħija impressjonanti, mużewijiet interessanti li jieħdu lill-vjaġġaturi tul-istorja tal-belt u l-monument storiku ta’ elf sena: Le Chateau fort de Lourdes. Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Lourdes għandu 22 post ta’ qima inkluż il-famuża Grotta ta’ Massabielle u l-Bażilika tar-Rużarju.

Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet fuq www.airmalta.com, billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211 minn Malta jew fuq 0826 102223 minn Franza, mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fi Franza. Jistgħu japplikaw tariffi fuq it-telefonati.

Ritratti: Paul Mangion.


1