L-Air Malta Tniedi Erba’ Rotot Ġodda li jgħaqqdu lil Malta ma’ Londra Southend, Sardinja u Sqallija

Data:  It-Tnejn, 19 ta’ Frar 2018

Ref:     017-2018 MT

L-Air Malta Tniedi Erba’ Rotot Ġodda li jgħaqqdu lil Malta ma’ Londra Southend, Sardinja u Sqallija

Illum, l-Air Malta introduċiet erba’ rotot ġodda; Malta għal Londra Southend, Malta għal Cagliari u titjiriet bejn l-ajruporti ta’ Londra Southend, Katanja u Cagliari. It-titjiriet, li jibdew mill-4 ta’ Mejju 2018, tħabbru llum waqt konferenza stampa li saret fl-Uffiċċju Prinċipali tal-Linja tal-Ajru f’Ħal Luqa.

Waqt li kien qed jikkummenta dwar it-tnedija ta’ dawn ir-rotot, Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Londra Southend huwa t-tielet ajruport ta’ Londra li ser noperaw lejh. Southend huwa uniku u meqjus li joffri l-aktar aċċess faċli għal Londra bil-konnessjoni tal-ferrovija diretta tiegħu li f’40 minuta twasslek fil-belt. L-akbar vantaġġ huwa l-ajruport innifsu li jippermetti check-in ta’ 20 minuta u f’10 minuti biss wara li tkun wasalt tkun fi triqtek għaċ-ċentru. Aħna nemmnu li ser naqdu klijentela totalment ġdida ġejja miż-żona periferali ta’ Londra. Minbarra din ir-rotta ġdida unika għal Londra, ninsabu ħerqanin ħafna li noffru destinazzjoni oħra ġdida minn Malta. Nemmnu li Cagliari hija addizzjoni kbira għal dak li noffru minn Malta u naħsbu li bosta nies minn Sardinja ser jiskropu l-Gżejjer Maltin u viċe versa. Illum qegħdin inħabbru wkoll frekwenzi miżjuda fuq ir-rotta ta’ Katanja li bħalissa fuqha qegħdin noperaw medda ta’ 22 titjira fil-ġimgħa - numru rekord ta’ frekwenzi lejn/minn dan l-ajruport.”

Is-Sur Glyn Jones, CEO ta’ Stobart Aviation, sidien tal-Ajruport ta’ Londra Southend żied, “Aħna kuntenti li ser nilqgħu l-Air Malta f’Southend ta’ Londra – l-aħjar u l-aktar ajurport li qed jikber b’pass mgħaġġel tal-kapitali tar-Renju Unit. Permezz tal-faċilitajiet tagħna li rebħu diversi premji, servizzi tal-ferrovija mgħaġġla u frekwenti lejn Londra u rekord minn tal-ewwel għall-puntwalità, ninsabu ħerqanin li nipprovdu servizz tajjeb ħafna lil passiġġieri minn Malta, Sqallija u Sardinja bl-istess mod.”

Is-Sur Alberto Scanu, il-CEO ta 'l-Ajruport ta' Cagliari żied: "Aħna sodisfatti bis-sħubija ma' Air Malta u aħna nilqgħu sew din l-ajru importanti fl-ajruport ewlieni ta' Sardinja. Il-konnessjonijiet il-ġodda bejn Cagliari, Malta u Londra Southend se jgħinu biex iż-żewġ gżejjer sbieħ tagħna fil-Mediterran jkunu ħafna aktar mill-qrib u se tiftaħ possibbiltajiet ġodda għall-konnessjoni ta' Cagliari u Londra, permezz ta' wieħed mill-ajruporti aħjar konnessi mal-ċentru tal-belt.

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion iddikjara, “Illum qed inħabbru pass importanti fl-istrateġija l-ġdida tal-Air Malta. Aħna kuntenti li llum qegħdin inħabbru servizzi ta’ titjiriet li jgħaqqdu lil Malta, Sqallija, Sardinja u Londra Southend. Din hija aħbar tajba għat-turisti Maltin, Sqallin, dawk minn Sardinja u Brittaniċi li issa għandhom l-opportunità li jżuru dawn id-destinazzjonijiet permezz tas-servizzi tal-Air Malta. It-tħabbira tal-lum hija pass ieħor 'il quddiem fl-istrateġija biex ir-reġjuni Mediterranji jingħaqdu mal-bqija tal-Ewropa. Biex noperaw din l-iskeda ambizzjuża ser nikru l-10 ajruplani tagħna għal l-istaġun tas-sajf li ġej. Tabilħaqq, dan huwa żmien interessanti għall-Air Malta.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi kkummenta, “Din hija ġurnata sinifikanti għall-Air Malta u pass importanti ieħor lejn l-istabbiliment tal-Air Malta bħala l-Linja tal-Ajru tal-Mediterran. Bħala gvern, aħna impenjati lejn il-linja tal-ajru u nappoġġjaw bis-sħiħ l-istrateġija tat-tkabbir tagħha għax nemmnu fl-importanza tagħha għat-turiżmu lokali.

Din hija r-raġuni għaliex dejjem qegħdin infittxu opportunitajiet ġodda f'reġjuni u swieq ġodda sabiex intejbu n-netwerk tal-Air Malta u nżidu n-numru ta' rotot offruti mill-Linja Nazzjonali tagħna.”

L-iskeda tat-titjiriet ser topera kif ġej:

Malta (MLA) – Southend ta’ Londra (SEN) – Malta (MLA)

It-Tlieta, il-Ġimgħa, is-Sibt

KM182

Tluq

Malta

0645

Wasla

Londra  SEN

0905

KM183

Tluq

Londra  SEN

0950

Wasla

Malta

1410

 

 

Malta (MLA) - Cagliari (CAG) - Malta (MLA)

L-Erbgħa, il-Ħadd

KM186

Tluq

Malta

0530

Wasla

Cagliari

0645

KM187

Tluq

Cagliari

1430

Wasla

Malta

1545

 

 

Malta (MLA) - Katanja (CTA) - Malta (MLA)

It-Tnejn

KM184

Tluq

Malta

0525

Wasla

Katanja

0605

KM187

Tluq

Katanja

1450

Wasla

Malta

1530

 

 

Il-Ħamis

KM184

Tluq

Malta

0525

Wasla

Katanja

0605

KM187

Tluq

Katanja

1500

Wasla

Malta

1540

 


Katanja (CTA) - Southend ta’ Londra (SEN) - Katanja (CTA)

It-Tnejn

KM184

Tluq

Katanja

0650

Wasla

Londra  SEN

0900

KM185

Tluq

Londra SEN

0945

Wasla

Katanja

1400

 

 

Il-Ħamis

KM184

Tluq

Katanja

0650

Wasla

Londra SEN

0900

KM185

Tluq

Londra SEN

0955

Wasla

Katanja

1410

 


Cagliari (CAG) - Southend ta’ Londra (SEN) - Cagliari (CAG)

L-Erbgħa, il-Ħadd

KM186

Tluq

Cagliari

0735

Wasla

Londra SEN

0910

KM187

Tluq

Londra SEN

1005

Wasla

Cagliari

1340

 

 

Il-klijenti ser ikunu jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet minn kwalunkwe aġent tal-ivvjaġġar fl-Italja, fir-Renju Unit u f’Malta, www.airmalta.com, aġenti tal-ivvjaġġar online, u billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!