Air Malta Tirreġistra Tkabbir Sostanzjali fil-Passiġġieri fl-Aħħar Tliet Xhur

Data:  Il-Ġimgħa, 2 ta’ Frar 2018

Ref:     015-2018 MT

 

Air Malta Tirreġistra Tkabbir Sostanzjali fil-Passiġġieri fl-Aħħar Tliet Xhur

Ċifri preliminari juru li l-Air Malta se tkun ġarret aktar minn 328,000 passiġġier bejn Novembru u Jannar ta’ din is-sena, żieda ta’ 21% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Matul dan il-perjodu l-linja tal-arju għamlet 1,050 titjira, żieda ta’ 21% fuq is-sena l-oħra.

Xahar fuq xahar, minn Novembru 2017, l-Air Malta irreġistrat żieda fil-passiġġieri; +18% f’Novembru u +24% f’Diċembru. Il-linja tal-ajru qiegħda tistma li se ġġorr aktar minn 97,400 passiġġier f’Jannar, żieda ta’ 22% fuq Jannar tal-2017. (Ara fig 1)

Fig. 1

 

“Dawn ir-riżultati juru fażi ta’ tkabbir b’saħħtu għal-linja tal-ajru. Il-ħidma fuq l-Italja sejra tajjeb bi tkabbir ogħla mill-medja għat-titjiriet tagħna ta’ Ruma, Milan u Katanja. Ġiet irreġistrata wkoll żieda impressjonanti fuq Munich, Amsterdam u Vjenna fejn irduppjajna l-kapaċità tagħna minn titjiriet tliet darbiet fil-ġimgħa għal waħda kuljum. F’Settembru 2017 għamilna bidla konsiderevoli fl-istrateġija tagħna bl-introduzzjoni tal-Go Light, it-tariffa tagħna għall-hand luggage biss. Dan il-prodott qed jgħina ntejbu l-pożizzjoni tagħna fis-suq,” qal l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta, Paul Sies.

“L-aħbar it-tajba hija li qegħdin inżidu wkoll id-dħul tagħna mhux biss minħabba ż-żieda fil-passiġġieri iżda wkoll peress li ħafna mill-mistednin tagħna qegħdin jagħżlu li jivvjaġġaw bit-tariffi Go Light u jixtru bagalji oħrajn”, żvela l-Aġent Kap Eżekuttiv, Joseph Galea.

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion żied jgħid, “Din hija l-ewwel darba wara ħafna snin li qegħdin naraw tkabbir sostanzjali bħal dan xahar fuq xahar fix-Xitwa u qegħdin naħdmu ħafna biex inżommu dan il-momentum. Qed inkunu pożittivi ħafna u qegħdin inħarsu ’l quddiem biex inkomplu din ix-xejra fix-xhur li ġejjin u nilqgħu aktar passiġġieri abbord it-titjiriet tagħna.”

“Bħala Gvern dawn ir-riżultati jagħmlulna kuraġġ għax juru li l-prodotti l-ġodda qed jagħmlu suċċess. Bdejna strateġija ta’ tkabbir għal-linja tal-ajru u dawn ir-riżultati juru li nistgħu nirnexxu u niksbu breakeven sal-aħħar ta’ Marżu 2018. Fiduċjużi fil-kampanji kummerċjali għall-Frar u Marżu. Il-Gvern qed jaħdem bi sħiħ flimkien mal-Bord tad-Diretturi sabiex nitrassforma l-Linja Nazzjonali fil-Linja tal-Ajru tal-Gżejjer tal-Mediterran,” qal il-Ministru għat-Turiżmu, Dr Konrad Mizzi.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!