L-Air Malta tniedi l-Iskeda tat-Titjiriet tagħha tas-Sajf tal-2019

Data:    Il-Ġimgħa, it-29 ta’ Marzu 2019

Ref:     009-2019 MT

L-Air Malta tniedi l-Iskeda tat-Titjiriet tagħha tas-Sajf tal-2019

·         42 destinazzjoni

·         Destinazzjonijiet skedati ġodda: Il-Kajr u Varsavja

·         Tevalwa servizzi lejn Ibiza u Tbilisi fl-eqqel tas-Sajf

 

L-Air Malta se tibda l-iskeda tas-sajf tagħha nhar il-Ħadd il-31 ta’ Marzu b’188 titjira fil-ġimgħa ppjanata għal 42 destinazzjoni skedata. Il-linja tal-ajru qed tippjana li ġġorr aktar minn 1.46 miljun passiġġier matul is- seba’ xhur li ġejjin u se topera bi flotta ta’ għaxar ajruplani.

Din l-iskeda tas-sajf iżżid il-frekwenzi lejn/minn Pariġi Charles De Gaulle, Hamburg, Kiev, London Heathrow, Lyon, Munich, Tunis, u wara 12-il sena nieqsa mil-lista, l-Air Malta qed tippjana li terġa’ tibda it-titjiriet lejn il-kapital tal-Eġittu, il-Kajr. Għall-ewwel darba, il-linja tal-ajru se toffri wkoll servizzi skedati lejn/minn Varsavja. Barra minn hekk, l-Air Malta qed tevalwa servizzi għal Ibiza u Tbilisi fl-eqqel tas-Sajf. L-iskeda tat-titjiriet ta’ dawn is-servizzi l-ġodda se titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

L-aktar rotot moqdija tajjeb mill-Air Malta f’dan l-istaġun huma Catania b’17-il titjira fil-ġimgħa, segwiti minn London Heathrow (16), Ruma (14) u Munich (13).

F’kumment dwar l-iskeda ta’ dan is-sajf, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta il-Kaptan Clifford Chetcuti ddikjara, “Iż-żieda ppjanata fil-passiġġieri, ir-rotot u l-frekwenzi miżjuda, jenfasizzaw l-isforzi tagħna biex nagħqdu l-gżejjer b’mod aħjar ma’ pajjiżi oħra. Din l-iskeda tfisser impenn qawwi mill-Air Malta lejn l-industrija tat-turiżmu lokali u turi l-appoġġ li l-linja tal-ajru tagħti lit-tkabbir ekonomiku tal-Gżejjer. F’konformità mal-objettiv iddikjarat tagħna li ntejbu l-esperjenza tal-klijent, dan is-sajf aħna se nilqgħu żewġ Airbus A320NEOs ġodda fjamanti fil-flotta tagħna li se joffru kumdità miżjuda lill-klijenti tagħna.”

Dan is-sajf l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet diretti lejn Amsterdam, Birmingham, Berlin, Bristol, Brussell, Bucharest, Cagliari, Catania, Casablanca, il-Kajr, Dusseldorf, Frankfurt, Ġinevra, Hamburg, Ibiża, Lisbona, Leipzig, London Gatwick, London Heathrow, London Southend, Lourdes/Tarbes, Lyon, Kiev, Malaga, Manchester, Marsilja, Munich, Milan, Moska, Palermo, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Praga, Ruma, San Pietruburgu, Tel Aviv, Tbilisi, Tuneżija, Venezja, Vjenna, Varsavja u Zurich.

Minbarra s-servizzi skedati, f’kooperazzjoni ma’ aġenti tal-ivvjaġġar lokali, l-Air Malta ser topera serje interessanti ta’ titjiriet charter għal dan is-sajf lejn Ljubljana, Dubrovnik u Krakow.

Il-linja tal-ajru Nazzjonali Maltija se tkompli bil-ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi ma’ airBaltic, Air France, Air Italy, Alitalia, Aeroflot, Austrian Airlines, Emirates, Etihad, KLM, Lufthansa, Brussels Airlines, Czech Airlines, Swiss Airlines u Turkish Airlines. Dawn il-ftehimiet jespandu n-netwerk tal-Air Malta għal swieq oħra madwar id-dinja.

Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com, ċempel lill-uffiċċju ta’ bejgħ tal-Air Malta fuq +356 21662211 jew idħol www.facebook.com/AirMalta.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!