L-Air Malta u l-airBaltic Jibdew Ftehim ta’ Code-Sharing tat-Titjiriet

L-1 ta’ Frar 2018

L-Air Malta u l-airBaltic Jibdew Ftehim ta’ Code-Sharing tat-Titjiriet

Riga/Valletta. Il-linja tal-ajru tal-Latvja, l-airBaltic, u l-linja tal-ajru Nazzjonali tal-Gżejjer Maltin, l-Air Malta, ikkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni, magħruf bħala code-sharing. Din is-sħubija mal-Air Malta se tippermetti lill-passiġġieri tal-airBaltic itiru lejn Malta kuljum permezz ta’ gateways komuni fl-Ewropa kif ukoll lejn destinazzjonijiet addizzjonali li huma operati minn Malta. Min-naħa l-oħra, dan il-ftehim se joffri lill-passiġġieri tal-Air Malta konnettività aħjar mal-pajjiżi Baltiċi u mal-Ewropa tal-Lvant.

Martin Gauss, il-Kap Eżekuttiv tal-airBaltic: “Ninsabu kuntentissmi li qed nikkollaboraw mal-Air Malta biex b’hekk inkomplu ntejbu n-netwerk b’saħħtu li għandna ta’ partners ta’ linji tal-ajru li magħhom nagħmlu code-sharing, liema netwerk jiżgura vvjaġġar faċli u mingħajr xkiel għall-klijenti tal-airBaltic. Il-ftehim il-ġdid ta’ code-sharing ser itejjeb is-servizzi tal-airBaltic bejn Malta u l-pajjiżi Baltiċi, biex b’hekk jippermetti lill-passiġġieri l-possibilita ta’ titijiriet ta kuljum fuq din ir-rotta permezz ta’ gateways komuni bħal Vjenna, Munich, Brussell, Frankfurt, Amsterdam, Londra, Ġinevra u Zurich, fost oħrajn.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi żied, "Dan il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-Kodiċi jiġi f'perjodu partikolarment importanti għal Air Malta fejn l-istrateġija preżenti hi dik ta’ tkabbir. Din is-sena l-linja Nazzjonali ta l’ajru se topera aktar minn 1,500 titjira addizzjonali mis-sena preċedenti u se topera seba’ destinazzjonijiet ġodda. Dan il-ftehim jkompli jagħmel l-Malta aktar aċċessibbli u mistenni jżid il-wasliet mill-Ewropa tal-Lvant, reġjun li minnu diġà qed naraw ċifri tajbin ħafna ta' tkabbir fil-wasliet, hekk kif kien imħabbar illum mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta matul it-tħabbir tar-riżultati tagħha għas-sena 2017.

Paul Sies, il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta: “Dan il-ftehim hu tragward ieħor għall-Air Malta fl-istrateġija tagħha ta’ tkabbir u fit-twessigħ tan-netwerk tagħha. Qed ninbidlu malajr, nittrasformaw il-mudell tan-negozju tagħna lejn operatur ibridu filwaqt li qed inżidu l-frekwenzi tagħna fuq rotot eżistenti, u issa qed niftħu destinazzjonijiet ġodda u nżidu s-sħubijiet fin-netwerk. Dan il-ftehim ikompli jespandi u jtejjeb in-netwerk tagħna u jżid l-ammont prezenti ta’ partners li magħhom nagħmlu code-sharing li huma linji tal-ajru ta’ kwalità u li jaqsmu l-istess valuri tagħna. Kemm l-Air Malta kif ukoll l-airBaltic għandhom impenn komuni favur il-klijenti tagħhom u ninsabu ħerqana li qed naħdmu magħhom għall-benefiċċju tal-klijenti reċiproċi tagħna.”

L-Air Malta se tqiegħed il-kodiċi tat-titjiriet tagħha KM fuq titjiriet diretti Malta – Riga operati mill-airBaltic kif ukoll fuq titjiriet ta’ konnessjoni bejn Malta u l-pajjiżi Baltiċi, filwaqt li l-airBaltic se tqiegħed il-kodiċi tagħha BT fuq titjiriet minn Riga, Vilnius, u Tallinn lejn Malta kif ukoll lejn Katanja.

L-Air Malta tgħaqqad lil Malta ma 30 belt ewlenija oħra madwar l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Mediterran. Filwaqt li taħdem flimkien ma’ partners ta linji tal-ajru, toffri konnessjonijiet konvenjenti lejn ħafna destinazzjonijiet oħra fl-Amerika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani.

L-airBaltic toffri aktar minn 60 destinazzjoni mill-bażi ta’ oriġini tagħha f’Riga, il-Latvja. Minn kull wieħed minn dawn il-postijiet, l-airBaltic toffri konnessjonijiet konvenjenti permezz tan-netwerk tagħha li hu mifrux madwar l-Ewropa, il-pajjiżi Skandinavi, ir-Russja, il-Komunità ta’ Stati Indipendenti u l-Lvant Nofsani. Barra minn hekk, l-airBaltic toffri wkoll titjiriet diretti minn Tallinn u Vilnius.

L-airBaltic fil-qosor:

L-airBaltic (AIR BALTIC CORPORATION) hi l-aktar linja tal-ajru puntwali fid-dinja u tgħaqqad lir-reġjun Baltiku ma’ aktar minn 60 destinazzjoni fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani, u fil-Komunità ta’ Stati Indipendenti. L-airBaltic hi kumpanija b’ishma konġunti li ġiet stabbilita fl-1995. L-azzjonist primarju tagħha hu l-istat tal-Latvja, li hu sid 80.05% tal-istokk, filwaqt li Lars Thuesen għandu parteċipazzjoni ta’ madwar 20% permezz tal-Aircraft Leasing 1 SIA li hi proprjetà tiegħu kollha kemm hi. Il-flotta tal-airBaltic tikkonsisti fi 30 ajruplan – 7 Bombardier CS300, 11-il Boeing 737 u 12-il Bombardier Q400Next Gen. L-airBaltic irċiviet diversi premji internazzjonali għall-eċċellenza, għas-servizzi innovattivi, u kisbet għall-għoti ta’ forma ġdida lin-negozju tagħha. Fl-2012, l-airBaltic ġiet ikklassifikata minn Airlinetrends fost l-Aqwa 10 linji tal-ajru fid-dinja għall-innovazzjonijiet. L-airBaltic kisbet l-aktar prestazzjoni puntwali fid-dinja fl-2014, fl-2015 u fl-2017.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Alise Briede

Head of Corporate Communications

A/S Air Baltic Corporation

Marupes Reg.

Tehnikas Street 3

Riga International Airport 

LV-1053 Riga, Latvia 

Posta elettronika: pr@airbaltic.lv


Dwar l-Air Malta:

L-Air Malta qed tieħu pożizzjoni ċara bħala linja tal-ajru Mediterranja reġjonali. Mindu bdiet topera bħala l-linja tal-ajru nazzjonali ta’ Malta fl-1 ta’ April 1974 b’7 servizzi skedati madwar l-Ewropa, l-Air Malta llum topera flotta ta’ tmien ajruplani Airbus A320/319 li ser tikber b’aktar ajruplani s-sajf li ġej.

Il-linja tal-ajru ttir lejn madwar 30 destinazzjoni skedata fl-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant tal-Mediterran u ġġorr 1.6 miljun passiġġier kull sena u ttrasportat aktar minn 53 miljun passiġġier. F’Jannar 2018, il-linja tal-ajru reġgħet bdiet b’rotot intra-Ewropej bit-tnedija tal-operazzjoni Katanja – Vjenna.

Minbarra n-netwerk tagħha stess, l-Air Malta toffri 150 destinazzjoni addizzjonali permezz ta’ ftehimiet ta’ qsim tal-kodiċijiet ma’ numru ta’ linji tal-ajru ta’ kwalità. Madwar 80% tal-passiġġieri kollha tagħha jkunu diretti lejn Malta bil-maġġoranza tagħhom li żżur il-Gżejjer fuq btala.

Għal aktar tagħrif dwar l-Air Malta jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Stephen Gauci

Il-Kap tal-Komunikazzjoni Korporattiva

It-Taqsima Kummerċjali

Sky Parks Business Centre

Level 2

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Luqa LQA4000

Posta elettronika: stephen.gauci@airmalta.com

Sit web: www.airmalta.com

Facebook: www.facebook.com/AirMalta


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!