L-Iskola ta’ Santa Monika Torganizza Titjira Edukattiva għall-Istudenti Tagħha

Frar 21, 2019

DataIl-Ħamis, 21 ta’ Frar 2019

Ref:    004-2019 MT

L-Iskola ta’ Santa Monika Torganizza Titjira Edukattiva għall-Istudenti Tagħha

Mija u erbgħin student mill-Iskola ta’ Santa Monika f’Birkirkara taru fuq titjira edukattiva ta’ siegħa fuq l-Air Malta. It-titjira taret f’altitudni ta’ 16 000 pied lejn Sqallija u lura u għaddiet minn ħdejn il-Muntanja Etna. Ħafna mill-istudenti qatt ma kienu telgħu fuq ajruplan kummerċjali.

Qabel it-titjira, it-tfal ingħataw spjegazzjoni tal-formalitajiet tal-ajruport kemm minn impjegati tal-Air Malta kif ukoll mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Mal-wasla tagħhom, it-tfal ittieħdu fil-ħangar tal-Inġinerija tal-linja tal-ajru biex iżuru l-aktar ajruplan riċenti tal-Air Malta bit-tema tan-Nickelodeon; l-ajruplan Airbus A320neo. Hemmhekk, iltaqgħu ma’ wieħed mill-inġiniera tal-linja tal-ajru li spjegalhom xi karatteristiċi tekniċi tal-ajruplan.

Iż-żjara ġiet organizzata mill-iskola flimkien mal-Kaptan tal-Air Malta Mark Micallef u t-taqsima taċ-Charters tal-linja tal-ajru. Din iż-żjara seħħet ukoll bl-assistenza mogħtija mill-għalliema u l-kustodji tal-Iskola Santa Monika li akkumpanjaw ukoll it-tfal, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta inkluż it-Taqsima tat-Tifi tan-Nar u tas-Salvataġġ u l-Malta Air Traffic Services Ltd.

Kull sena ħafna skejjel lokali jieħdu l-opportunità li jorganizzaw titjiriet edukattivi simili fuq l-Air Malta għall-istudenti tagħhom.

1