L-Ekwipaġġ tal-Kabina l-Ġdid Ippreżentat bil-Gwienaħ

Ref: 002-2013m 

Waqt ċerimonja li saret fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-linja tal-ajru fi-Skyparks, l-Air Malta ppreżentat lill-grupp ġdid ta' membri tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ġwienaħ tagħhom. Din kienet l-ewwel ċerimonja simili li saret mill-Air Malta f’diversi snin. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ġwienaħ hija l-qofol u ċ-ċelebrazzjoni tal-kors intensiv ta' taħriġ ta’ erba’ ġimgħat li l-ekwipaġġ kollu tal-kabina jsegwi qabel ma’ jibdew il-karriera tagħhom mal-Air Malta.

Waqt din iċ-ċerimonja Philip Saunders, Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, "Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-gwienaħ hi okkazjoni speċjali. Kburin li mill-ġdid erġajna bdejna norganizzaw u niċċelebraw is-suċċess tal-membri l-ġodda talkabina tagħna."

Is-Sur Saunders elenka ħames attributi ewlenin li l-ekwipaġġ tal-kabina l-ġdid għandhom jirsistu sabiex jiksbu; 1) sigurtà eċċellenti, 2) li jsiru Ambaxxaturi u gwidi għal dak kollu li l-gżejjer Maltin jistaw joffru, 3) li jipprovdu servizz ta’ klassi, 4) li kontinwament jtejbu l-ħidma tagħhom u, 5) li jieħdu responsabbiltajiet maniġerjali abbord.

"Kull titjira għandha tifsira speċjali għall-passiġġieri tagħna. Uħud jivvjaġġaw biex iżuru ħbieb u qraba li jkunu ilhom ma’ jżuru s-snin, oħrajn jivvjaġġaw għal btala ta' ħajjithom, oħrajn jivvjaġġaw għan-negozju jew għall-raġunijiet ta' saħħa. Għalhekk huwa importanti li bħala ekwipaġġ tal-kabina tal-Air Malta tirsistu sabiex kull passiġġier abbord jħossu speċjali," ikkonkluda Saunders.

Qabel ma bdew il-kors dan il-grupp tal-ekwipaġġ tal-kabina l-ġdid kellhom pożizzjonijiet fi ħdan il-linja tal-ajru u ġew magħżula wara sejħa interna għall-applikazzjonijiet.

L-għalliema li tawhom it-taħriġ kkonfermaw li dan kien wieħed mill-aħjar gruppi li kellhom. Apparti mill-preżentazjoni tal-ġwienaħ u l-liċenzja tagħhom biex joperaw bħala ekwipaġġ tal-kabina, ġew ippreżentati wkoll premijiet lil aħjar membru tal-kors, li ġab medja mpressjonanti ta' 97% fit-testijiet u l-eżamijiet - Christopher Aquilina u l-membru tal-kors l-aktar umoristika, Violet Sciberras.

Preżenti wkoll għal din iċ-ċerimonja kien il-Kaptan Mark Micallef Eynaud, Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet tat-Titjir, Charlene Bebiano Oliveira, Kap tal-Ekwipaġġ tal-Kabina u Servizzi waqt it-Titjir, il-Kaptan Martin Ferrando, Kap inkarigat mit-Taħriġ tal-Ekwipaġġ, u l-instructors tal-kors, Joe Fava, Charles Abdilla, Godwin Grech, Oliver Magri, Joseph Camilleri u Christopher Gove. Membri tal-familja tal-ekwipaġġ ġdid kienu wkoll mistiedna.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!