L-Air Malta Żżid il-Konnettività Lejn Malta Din ix-Xitwa

Ref: 093-2012m

L-Air Malta nnegozjat arranġamenti aħjar ta’ ‘code-sharing’ mal-linji tal-ajru msieħba tagħha sabiex jipprovdu konnettività aħjar u aċċessibilità akbar għall-Gżejjer Maltin. Dan ix-Xitwa l-linja tal-ajru Maltija rrivediet l-arrangamenti ta’ ‘code-sharing’ tagħha mal-Etihad, l-Austrian Airlines, Meridiana fly u l-Lufthansa sabiex joffru konnessjonijiet aħjar kemm għall-klijenti Maltin kif ukoll għat-turisti li jixtiequ jżuru l-gżejjer minn destinazzjonijiet li m’humiex direttament servuti mill-Air Malta.

F'kumment dwar dawn il-ftehim, Philip Saunders, Kap Ewlieni Responsabli mill-Kummerċ tal-Air Malta qal, "Permezz ta’ ftehim bħal dawn ma’ linji ewlenin imsieħba tagħna, l-Air Malta qed toffri l-pubbliku Malti firxa estensiva ta' destinazzjonijiet lil hinn minn-netwerk tagħha. Dan hu mportanti għal dawk li jivvjaggaw fuq negozju jew divertiment. Flimkien
mal-imsieħba tagħna, żiedna l-konnettività u l-opportunitajiet sabiex turisti minn pajjiżi ġodda jkunu jistgħu jiġu Malta".

Saunders enfasizza li t-titjiriet frekwenti tal-Air Malta lejn ajruporti ewlenin Ewropej li jzervu ta’ ‘hub’ qed juru li huma essenzjali għal pajjiz, mhux biss għat-turizmu żda wkoll għall-industrija tal-manifattura lokali u tiddependi fuq il-moviment ta' merkanzija bejn il-pajjiżi b'mod mgħaġġel u sikur. Il-ftehim rivedut riċentement mal-Etihad Airways jagħmilha possibbli li
passiġġieri jivvjaġġaw bejn Malta u Abu Dhabi u jgħaddu mill-ajruport ta’ Heathrow fl-Londra, Manchester jew l-ajruporti ta’ Brussell. L-Air Malta se tkun il-kumpanija li topera mir-Renju Unit lejn Malta u minn Brussell lejn Malta u viċi versa. L-Etihad se topera titjiriet bejn ir-Renju Unit u Abu Dhabi u bejn Brussell u Abu Dhabi. Iż-żewgt linji tal-ajru ser jpoġġu l-kodiċi rispettivi tagħhom u n-numri tat-titjira fuq it-titjiriet ta’ konnessjoni kollha bejn Malta u Abu Dhabi.

L-Air Malta wessgħet il-ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Austrian Airlines billi qed testendi l-kodiċi tagħha u n-numri tat-titjira għal titjiriet bejn Vjenna u Bukarest fir-Rumanija u Varsavja fil-Polonja, fejn passiġġieri jistgħu jibbenefikaw mill-konnettività eċċellenti bejn iż-żewgt pajjizi. L-Air Malta u l-Austrian Airlines joffru konnessjonijiet tajba permezz tal-ajruport ta’
Vjenna għal u minn destinazzjonijiet diversi oħra li jinkludu Toronto fil- Kanada u l-ajruport ta’ John F. Kennedy fil-belt ta’ New York fl-Istati Uniti. 

Permezz tal-ftehim ta’ ‘code-share’ mal-linja tal-ajru Taljana Meridiana fly, l-Air Malta issa qed toffri ukoll konnettività bejn Malta u Turin permezz tal-ajruport ta’ Fiumicino f'Ruma. L-Air Malta poġġiet l-kodiċi tagħha u n-numri tat-titjiriet fuq it-titjiriet kollha operati minn Meridiana fly bejn Ruma u Turin, li jingħaqdu ma' titjiriet tal-Air Malta bejn Malta u Ruma.

L-Air Malta toffri wkoll diversi konnessjonijiet ta' kuljum lejn għadd ta' ajruporti fl-Iskandinavja permezz ta' titjiriet regolari tagħha bejn Malta u ajruporti Ewropej prinċipali li jservu ta’ ‘hub’, primarjament permezz ta' Frankfurt, Munich, Vjenna, Zurich u Brussell. Il-linja tal-ajru tal-gżejjer Maltin tipprovdi konnettività permezz tal-‘code-shares’ lejn Stokkolma fl-Isvezja u Oslo fin-Norveġja minn Munich permezz tal-imsieħba tagħha l-linja tal-ajru Lufthansa. L-Air Malta toffri wkoll konnessjonijiet ta' kuljum lejn u minn Kopenhagen minn Brussels permezz ta' ftehim tagħha ma’ Brussels Airlines.

Dawn il-konnessjonijiet se jkunu disponibbli għall-klijenti kollha tal-Air Malta matul din ix-Xitwa sal-aħħar ta' Marzu 2013. Għall-prenotazzjonijiet u aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur s-sit www.airmalta.com.

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!