L-Air Malta Tniedi l-'mymaltastory.com' - Tintroduċi l-Gżejjer Maltin lid-Dinja Kollha

Ref: 104-2012 

L-Air Malta nediet kampanja tar-reklamar ġdida u eċċitanti li tippermetti lin-nies juru l-esperjenza ideali tagħhom tal-Gżejjer Maltin fuq video u jaqsmuha mal-ħbieb fuq siti soċjali. Kull min jipparteċipa billi jaqsam il-video tiegħu jikkwalifika għall-skont ta’ 10% fuq għażla ta’ titjiriet skedati tal-Air Malta u awtomatikament jidħlu fic-cans li jirbħu zewġ biljetti tal-ajru kuljum b’xejn lejn waħda mid-destinazzjonijiet tal-Air Malta.

Din il-kampanja tinsab fuq is-sit elettroniku ‘mymaltastory.com’. Dan is-sit huwa speċifikament iddisinjat biex jippermetti lin-nies jaraw ‘video clips’ qosra b’għażla vasta t’attivitajiet madwar il-gżejjer. Dan jinkludu ‘video clips’ dwar ikel raffinat, xiri, żjarat kulturali u attivitajiet sportivi fosthom clips fuq għads f’Kemmuna, ikla ċ-Ċittadella, pastizzi fir-Rabat, inżul ix-xemx f’Għajn Tuffieħa u tazza nbid fil-Birgu. Wieħed jista’ wkoll igawdi minn vjaġġ virtwali fuq il-vapur għal Għawdex fi 11-il sekonda!

Il-parteċipanti jistgħu jgħażlu l-esperjenzi favoriti tagħhom u jgħaqqduhom f’video tal-ivvjaggar wieħed biex juru l-ġurnata tagħhom f’Malta u Ghawdex. Kull ma jridu jagħmlu hu li jaqbdu titjira tal-Air Malta u jibdew jghix l-istorja personali tagħhom f’Malta.

www.mymaltastory.com se tniedi 35 video differenti u tagħti ċ-ċans li jikkumbinaw 37,000 storja differenti tal-esperjenza tagħhom.

Biex tgħin tinxtered il-kelma fuq dawn l-aqwa espejenzi f’Malta, il-parteċipanti huma mħegga jaqsmu il-videos tagħhom mal-ħbieb u l-familja tagħhom madwar id-dinja fuq e-mail, facebook, google+ u twitter.

F'kumment waqt it-tnedija, Philip Saunders, Kap Uffiċjal tal-Kummerċ tal-Air Malta qal, "Qed nintroduċu l-Gżejjer Maltin mad-dinja kollha b’mod kuraġġuz u innovattiv. Dan kollu huwa dwar il-ħolqien ta’ stejjer personali u skoperta li tagħmel in-nies konxji ta’ kemm tista’ tkun varjata u eċċitanti vaganza jew żjara qasira fuq l-arċipielgu Malti. Qed nippromwovu l-esperjenzi li jemfasizzaw il-ħbiberija, aspetti varjati u differenti tan-nazzjon u l-poplu tiegħu. Aħna ċerti li din il-kampanja, flimkien mal-prezzijiet ta’ valur għall-flus tagħna, se tattira iktar vizitaturi biex iduqu l-awtenticita’ ta’ dawn il-gżejjer u jgawdu t-temp sħun u xemxi ta’ xitwa Maltija mill-isbaħ.”

Is-sit elettroniku mymaltastory.com ser ikun to sostenn addizzjonali għall-potenzjal ta’ Malta fix-xhur tax-xitwa bħala destinazzjoni għall-vaganzi qosra li jattiraw ġenerazzjoni żgħażugħa lejn il-gzejjer. Is-sit se joħloq kontenut diġitali iktar u jiżviluppa f’għarfien iktar b’saħħtu tal-Gżejjer Maltin bis-saħħa ta’ siti socjali.

L-għan ta’ dan is-sit huwa ntenzjonat biex jibni dehra ġdida ta’ dak li tistenna u tagħmel matul iz-zjara f’Malta. Biż-żmien, din tgħin biex tibni l-ikbar librerija ta’ ‘video clips’ qosra online fuq il-gżejjer li tinkludi filmati pproduċuti kemm mill-Air Malta kif ukoll mill-parteċipanti tas-sit stess.

Dan il-proġett ġdid huwa konformi mal-istrateġija tal-'brand' tal-Air Malta li tfittex biex tirrappreżenta, tamplifika u testendi l-valuri, attributi, esperjenzi u l-affarijiet sinifikanti u pożittivi li Malta għandha x'toffri kemm lill-viżitaturi ġodda kif ukoll dawk li diġa' żaru dawn il-gżejjer. L-isforzi tal-linja tal-ajru jippromwovu l-akbar assi ta' dawn il-gżejjer billi tagħmilha t'ambaxxatur u gwida għall-aqwa esperjenza Maltija.

Biex tissettja il-profil tal-'My Malta Story' huwa faċli u sempliċi. Dan huwa proċess maqsum f'żewġ stadji bl-użu tal-account personali tal-Facebook, Twitter jew email. Dawk li ma m'għandhomx account elettroniku, xorta jistgħu jaraw u jżuru l-parti l-kbira tas-sit. Il-videos kollha ġew miġbuda minn lenti ta' terza persuna li jpoġġu l-viżitztur direttament fl-atmosfera.

Biex tiċċelebra dan il-proġett, kull ġurnata mill-lum sal-24 ta' Diċembru 2012, l-Air Malta ser ttella' żewġ rebbieħa minn dawn li għażlu li jikrejaw storja tagħhom fuq mymaltastory.com u jaqsmuha ma' ħaddieħor. Dawn iż-żewġ rebbieħa jingħataw biljett bir-ritorn b'xejn lejn u minn destinazzjoni tal-għażla tagħhom.

Dawk l-utenti li jipparteċipaw bl-istess mod imma ma jirnexxilhomx jirbħu ser jingħataw rigal mingħand l-Air Malta li jintuża fl-istess ġurnata. Din il-promozzjoni tibqa' sejra sal-31 ta' Diċembru 2012. Malli jiġu biex jifdu r-rigal, l-utenti jiġu diretti lejn l-Iskrin tal-profil tagħhom fejn jintwera r-rigal tal-jum. Huma jirċievu email bl-informazzjoni kollha.

Iktar ma' wieħed joħloq stejjer, iktar għandu ċans li jirbaħ minħabba li kull storja hija kkunsidrata bħala entrata ġdida. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!