L-Air Malta Tkompli Tagħmel Progress Finanzjarju

Ref: 005-2013m 

Wara laqgħa tal-Bord tad-Diretturi li saret il-bieraħ 24 ta' Jannar, 2013, l-Air Malta llum ħabbret ir-riżultati għat-tielet kwart tas-sena (Ottubru-Diċembru 2012) li jikkonfermaw l-progress finanzjarju li qed tikseb ilkumpanija. Matul dan il-perjodu l-linja tal-ajru naqset bin-nofs it-telf mill-operat tagħha, żiedet id-dħul, is-seat load factor u n-numru ta' passiġġieri tagħha fuq l-istess perjodu sena li għaddiet.

Il-linja Nazzjonali naqqset it-telf mill-operat għall-dan il-kwart għal €4.8 miljuni (Q3 2011: €9.8miljuni telf). Ir-riżultat net, wara l-ispejjeż tarristrutturar, (biċċa l-kbira minnhom spejjeż ta' darba) u l-ispejjeż tal-imgħax, huwa telf ta' €8.5 miljuni (Q3 2011: €11.9miljuni telf), kif antiċipat fil-Pjan ta' Ristrutturar approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

Dawn ir-riżultati jkomplu jibnu fuq il-progress irreġistrat fl-ewwel nofs tas-sena finanzjarja u li juru li l-linja tal-ajru miexja fit-triq it-tajba biex tikseb il-mira ddikjarata tagħha li tnaqqas bin-nofs it-telf mill-operat ta' €30 miljun li kien irreġistrat is-sena li għaddiet.

Dawn ir-riżultati parzjali pożittivi għat-tielet kwart tas-sena kienu frott ta' titjib kostanti fid-dħul tal-linja tal-ajru (+9.7% għal €47.7 miljuni), fin-numri ta' passiġġieri (+3.5% għal 377,951 passiġġieri) u s-seat load factor (+1.0% għal 75.1%). 

F'kumment dwar dawn il-figuri l-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Peter Davies qal, "Minkejja li dan huwa perjodu kajman tas-sena dawn ir-riżultati jibqgħu jikkonfermaw li l-linja tal-ajru qed jirnexxielha tirreġistra progress fir-ristrutturar. Kull azzjoni li ħadna matul l-aħħar sentejn kienet immirata biex inżiedu d-dħul u jitnaqqsu l-ispejjeż. Qiegħdin nkomplu nimxu fit-triq
it-tajba sabiex niksbu il-miri tad-dħul tagħna, iżda fadal ħafna xi jsir biex innaqqsu l-ispejjeż tal-fornituri tagħna.

Peter Davies żied, "Il-pożiżjoni finanzjarja tagħna issa tippermeti lill-kumpanija tidħol fit-tieni fażi ta' żvilupp li jinkludi reviżjoni sinifikanti tal-proċessi tan-negozju fid-divizjoni tal-Finanzi, tas-servizz tal-kabina u s-servizzi tal-Ground Handling. Dawn huma mmirati sabiex jizviluppaw prodott u s-servizz fejn il-klijenti jkunu fiċ-ċentru tal-proċess. Dan it-tibdil
ser jkollu bżonn ir-rwol vitali u responsabbli tal-unjins fi ħdan Il-kumpanija kif ukoll bidla fl-istruttura tal-maniġment li se tiġi mħabbra l-ġimgħa ddieħla.

"L-isfidi għall-Air Malta għadhom sinifikanti u rridu nirnexxu flimkien mal-partijiet interessati kollha tagħna sabiex nistgħu niksbu l-mira tagħna ta' break-even fis-sena finanzjarja li jmiss ", ikkonkluda s-Sur Davies.

 

   Q3 2012 Q3 2011   Variance  YTD up to 
Dec 2012
 YTD up to 
Dec 2011
Variance
 Dħul  €47.7m  €43.5  +€4.2m  €181.6m  €175.4m  +€6.2m
 Operat profit / (telf)  (€4.8m) (€9.8m) +€5m (€4.4m) (€17.8m) +€13.4m
 Profit Net / (telf)  (€8.5m)   (€11.9m)  +€3.4m   (€14.0m)   (€24.1m)  +€10.1m 
 Passiġġieri  377,951      365,317  +12,634  1,432,000  1,495,000  -63,000
 Seat factor  75% 74% +1% 77.2% 76.3% +0.9%

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!