L-Air Malta Tipprepara Għat-Tiġrija Mal-Ferrari F12

Ref: 102-2012m 

Il-preparazzjonijiet għat-tiġrija spettakolari ta’ nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru bejn l-ajruplan Airbus A320 tal-Air Malta u l-Ferrari F12 Berlinetta kważi lesti. Din l- attività unika, li ħadt m’għandu jitlef, qed tiġi organizzata bħala parti minn Paqpaqli Għall-Istrina fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fin-nofs siegħa ta’ wara nofs in-nhar. L-għan ta' dan l-avveniment huwa sabiex jinġabru fondi għal L-Istrina, l-attivita’ annwali ta’ karità ta’ żmien il-Milied mtella taħt il-patroċinju tal-President ta' Malta, Dr George Abela.

L-avveniment ser jara tiġrija mimlija teknologija, veloċità, qawwa u divertiment. Minkejja l-ogħla veloċità possibbli ta' aktar minn 340 kilometru fis-siegħa (210 mph) tal-Ferrari meta mqabbla mal-veloċità meta jinqata’ mill-art tal-Airbus ta' ftit aktar minn 225 kilometru fis-siegħa (140mph), il-qawwa ġġenerata ta’ 21,500 żiemel mill-magni CFM-56 se jagħtu sfida tajba għall-qawwa ta’ 730 żiemel ġġenerata mill-magna tal-F12. Bl-ebda limitu tal-veloċità fuq ir-runway 23/05 li hi twila 2600 metru, l-attività ser tkun avveniment mill-isbaħ.

Paqpaqli Għall-Istrina ta’ din is-sena se tiċċelebra is-seba’ edizzjoni tagħha u r-raba’ li ser tinżamm fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan lavveniment huwa l-akbar avveniment ta’ motoring annwali f'Malta organizzat mill-Malta Community Chest Fund b'kollaborazzjoni ma’ Tonio Darmanin u numru ta' voluntiera. Paqpaqli għall-Istrina se tibda fid-9:00 ta’ filgħodu sal-3:30 ta’ wara nofs in-nhar. L-avveniment se jkun jum ta’ divertiment għall-familja kollha. Dilettanti tas-sewqan se jkunu kapaċi wkoll jaraw firxa wiesgħa ta' vetturi għall-wiri li jvarjaw minn karozzi rari, klassiċi, moderni u karozzi ġodda.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!