L-Air Malta Tintroduċi Servizz ġdid ta’ Catering u Tiżvela Elementi Ġodda fl-Uniformi

Ref: 058-2013

Il-passiġġieri tal-Air Malta li jivvjaġġaw minn dan ix-xahar ser jinnotaw elementi ġodda fis-servizz u l-ikel abbord tal-linja tal-ajru.

L-ikel tal-Air Malta ser ikun ikkaratterizzat minn varjetà akbar, kif ukoll togħmiet tipiċi Maltin, bl-introduzzjoni ta’ menus ġodda abbord fil-kabini kemm Club kif ukoll Economy. 

Fiċ-ċiklu tal-menu l-ġdid, li huwa ddisinnjat u mħejji bi sħubija mal-caterers tal-linja tal-ajru SkyGourmet, insibu ċikli ta’ ikliet differenti bl-introduzzjoni ta’ ikliet favoriti ġodda inklużi l-Braġoli tal-Laħam u r-Ravjul tat-Tiġieġ biz-zalza tal-Ispinaċi u l-Krema. Il-klijenti tagħna jistgħu jduqu wkoll xi deżerti Maltin bħall-qubbajd tal-għasel. 

Il-menus tal-Club Class inbidlu fil-bidu ta’ Awwissu u s-servizz fl-Economy Class ser jibda fil-15 ta’ Awwissu.

Qegħdin jiġu mnedija wkoll aċċessorji ġodda għall-uniformijiet, li ġew iddisinnjati b’mod konformi mal-identità l-ġdida tal-brand tal-linja tal-ajru, u li ser jikkumplimentaw l-uniformi l-ġdida li ddaħħlet is-sena li għaddiet. 

Ix-xalpi u l-ingravajjet jirriflettu d-disinn u l-kuluri fil-livrija l-ġdida tal-linja tal-ajru u huma xiehda tal-karatteristiċi uniċi tal-Gżejjer Maltin bil-wirt storiku, ilwien, kultura, simboli, ospitalità u lingwa tagħhom. 


Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!