L-Air Malta Tinawgura Uffiċjalment l-Uffiċċju Ewlenin il-Ġdid Tagħha fi SkyParks

Ref: 105-2012m

L-Air Malta llum inawgurat uffiċjalment l-uffiċċju ewlieni tagħha l-ġdid fiċĊentru tan-Negozju SkyParks fl-ajruport Internazzjonali ta' Malta. L-uffiċċju l-ġdid m'huwiex biss bidla fl-indirizz iżda jirrappreżenta' pass sinifikanti fil-proċess ta' trasformazzjoni tal-linja tal-ajru.

L-uffiċċju nfetaħ uffiċjalment illum mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, miċ-Chairman tal-Air Malta, is-Sur Louis A. Farrugia u l-Kap Eżekuttiv, Peter Davies.

L-istaff kollha tal-Head Office tal-Air Malta ġew trasferiti fl-aħħar ġimgħat u r-reazzjoni tagħhom kienet pożittiva ħafna. L-istaff kien jopera' minn ħames binjiet separati u s-sens ġdid ta' 'team work' jista' jidher kullimkien.

Nhar il-Ħamis li għadda, fil-festa pubblika, l-Air Malta stiednet l-istaff iġibu l-familji tagħhom sabiex jżuru l-uffiċċji l-ġodda u jieħdu idea tal-ambjent l-ġdid.

Anki Father Christmas kien mistieden u ta rigali lit-tfal preżenti. L-uffiċċju l-ġdid, fuq pjan miftuħ, kien ippjanat sabiex jappoġġja r-riforma fil-linja tal-ajru u t-trasformazzjoni kulturali peress li joħloq ambjent tax-xogħol pożittiv li jġib l-impjegati flimkien, jikkreja fiduċja u atmosfera pożittiva u jippromwovi l-kooperazzjoni u titjib fil-komunikazzjoni fl-organizzazjoni.

L-intrata', l-ispazju tal-uffiċċju u l-kmamar tal-laqgħat kienu kollha ddisinnjati skond il-pożizzjoni tal-brand il-ġdida - 100% Malta. L-ambjent kollu kemm hu jinkorpora l-viżjoni tal-ajru l-ġdida ta' 'Flying the Pride of Malta' u jappoġġja l-valuri tal-linja tal-ajru.

Il-kmamar tal-uffiċċju u dawk tal-laqgħat huma mgħammra bl-aħħar teknologija u faċilitajiet tal-multimedia u b'sensors sabiex jiġi ffrankat id-dawl u jiżgura l-effiċjenza' u s-sostenibbilta'. 

It-transizzjoni bla xkiel għall-uffiċċju l-ġdid tlestiet fi żmien ġimgħatejn iżda l-ippjanar sar fuq medda' ta' ftit anqas minn sena. Diversi proġetti u proċessi ġew mfassla, nkluż it-trasferiment tas-sistema tat-telefon VOIP, is-setup ta' infrastruttura ta' 'fibre optic cables' ġdid sabiex jiżdied l-bandwidth tal-internet li se jiffaċilita t-transizzjoni għas-sistema tal-arkitettura tal-'cloud' tal-IT l-ġdida.

Fl-aħħar ġimgħat diversi 'policies' ġodda ġew ikkomunikati lill-impjegati tal-uffiċċju inklużi inizjattivi sabiex jintużaw anqas karti u 'policies' oħrajn li jiffaċċilitaw it-tranżizzjoni għall-ambjent tax-xogħol il-ġdid.

L-indirizz il-ġdid tal-Air Malta huwa:

Air Malta plc
Sky Parks Business Centre
Level 2
Malta International Airport
Luqa LQA4000
MALTA

In-numri tat-telefon tal-Air Malta se jibqgħu l-istess.

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!