‘Klieb il-Baħar fuq Ajruplan’ – korteżija tal-Air Malta

Nhar il-Ħamis li għadda, it-titjira KM 103 tal-Air Malta minn Londra lejn Malta kienet qiegħda ġġorr merkanzija mhux tas-soltu: ħames klieb il-baħar tar-razza black tip reef sharks u għadd ta’ ħut eżotiku ieħor li fi ftit żmien mistennija jsibu posthom fl-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta, li sejjer jiftaħ dalwaqt fil-Qawra.

Kelliem għal-linja tal-ajru qal li din probabli kienet l-ewwel darba li l-linja tal-ajru ġarret klieb il-baħar ħajjin ta’ dan it-tip. It-trasportazzjoni tal-ħut kienet ikkoordinata mid-diviżjoni tal-Merkanzija tal-linja tal-ajru b’kollaborazzjoni mal-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta. Il-maniġment tal-akkwarju rringrazzja lill-kumpanija Air Malta għas-servizz effikaċi u professjonali tagħha.

Bħalissa, l-akkwarju nazzjonali qiegħed jagħmel l-aħħar tħejjijiet tiegħu sabiex fi ftit żmien jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku ġenerali. Dan l-akkwarju sejjer jilqa’ fih speċi ta’ ħut mill-baħar Mediterran u mill-oċean Indjan, inklużi speċi differenti ta’ klieb il-baħar. Barra minn hekk, l-akkwarju sejjer iservi wkoll bħala vetrina tal-wirt arkeoloġiku marittimu għani ta’ Malta.

Aktar tagħrif dwar l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta jista’ jinstab fuq https://www.facebook.com/maltanationalaquarium .

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!