Il-Website l-Ġdida tal-Air Malta Żżid il-Viżitaturi u l-Bookings

Il-bieraħ il-websajt il-ġdida tal-Air Malta rreġistrata numru rekord ta' prenotazzjonijiet. Is-sit, li ġie imnidi l-bieraħ, irreġistra żieda ta' 50% fil-biljetti mibjugħa fuq l-istess jum l-ġimgħa li għaddiet – ċifra rekord sa mill-2002 - meta l-kumpanija bdiet tilqa l-prenotazzjoni bl-internet. Il-bieraħ l-viżitaturi uniċi tas-sit żdiedu għal aktar minn 21,000 viżitaturi, 60% aktar meta mqabbla mal-istess jum l-ġimgħa li għaddiet.

Biex tiċċelebra t-tnedija tal-websajt il-ġdida, l-Air Malta nediet skont speċjali ta' 25% fuq in-nolijiet ippubblikati kollha tal-linja tal-ajru. Din il-promozzjoni hija disponibbli sal-lum il-Ħamis 21 ta’ Marzu, 2013 sal-11:59pm ħin ta' Malta. Il-biljetti mixtrija permezz ta’ din l-offerta huma validi għall-ivvjaġġar bejn 1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju 2013. Ċerti kondizzjonijiet jistgħu japplikaw.

Il-websajt il-ġdida tirrifletti għal kollox l-missjoni l-ġdida tal-Air Malta li tkun l-ambaxxatur u l-gwida għal Malta. Il-websajt tinkludi riforma maġġuri kemm fil-proċess ta' għażla tat-titjira u l-esperjenza tal-utent.

Is-sit jieħu vantaġġ tal-cloud technology u huwa mibni b'tali mod li jista' jkompli jikber waqt li jiflaħ għal avvanzi fit-teknoloġija. Dan huwa pass importanti ieħor fl-isforzi tal-linja tal-ajru biex tirristruttura l-operazzjonijiet u biex tibni pjattaforma għal esperjenza mtejba lill-klijent.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi żżur www.airmalta.com.

 

Username meħtieġ... 
Password meħtieġa... 
Detallji tal-login invalidi... 
Il-login bil-Facebook ma ħadimx. M'hemm ebda kont tal-Facebook irreġistrat b'dan l-email.  
LOGIN 
LOGOUT 
Email meħtieġ... 
ISSOTTOMETTI
Ibdel il-password. 
Kont mhux validu... 
Email Mibgħuta! 
Email b'talba biex tinbidel il-password intbagħtet fuq l-email tiegħek. Malli tirċeviha, ikklikkja fuq il-link mibgħuta sabiex tkun tista' tbiddel il-password tiegħek.
Abbona man-newsletter tagħna
Ċert li trid tneħħi l-abbonament?
Merħba
Tajjeb li qed nerġgħu narawk
lejn
minn
Ibbukkja Issa
We have placed cookies on your device to ensure you get the best experience on our website.
Got it!